LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 12/1 p. 3
  • Għala Din il-Mistoqsija?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Din il-Mistoqsija?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Kieku Int x’Tgħidlu lil Wieħed Ateu?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Għandek Tkun Membru taʼ Xi Reliġjon?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 12/1 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI | GĦANDNA BŻONNU LIL ALLA?

Għala Din il-​Mistoqsija?

“Għaddej tajjeb mingħajr Alla? Miljuni huma.” Hekk qal messaġġ li dan l-​aħħar deher fuq kartelluni u li tħallas minn grupp taʼ atei. Biċ-​ċar, dawn iħossu li m’għandhomx bżonnu lil Alla.

Mill-​banda l-​oħra, ħafna li jsostnu li jemmnu f’Alla jieħdu deċiżjonijiet bħallikieku ma jeżistix. Dwar il-​membri tal-​knisja tiegħu stess, Salvatore Fisichella, arċisqof Kattoliku, qal: “Meta n-​nies iħarsu lejna, x’aktarx li ħadd ma jagħraf li aħna Kristjani llum għax l-​istil taʼ ħajja tagħna hu l-​istess bħal taʼ dawk li ma jemmnux.”

Xi wħud għandhom wisq x’jagħmlu biex joqogħdu jħabblu rashom dwar Alla. Huma jqisuh inaċċessibbli jew ’il bogħod wisq biex jagħmel differenza f’ħajjithom. L-​iktar l-​iktar, individwi bħal dawn iduru lejn Alla meta jinqalgħalhom l-​inkwiet jew meta jkollhom bżonn xi ħaġa—kważi kważi bħallikieku hu xi seftur dejjem lest biex jaqdihom.

Oħrajn jaraw ftit valur f’tagħlim reliġjuż, jew inkella ma jagħmlux dak li r-​reliġjon tagħhom tgħallem. Biex insemmu eżempju wieħed, 76 fil-​mija tal-​Kattoliċi fil-​Ġermanja jemmnu li hu aċċettabbli għal raġel u mara li jgħixu flimkien qabel iż-​żwieġ—ħarsa kuntrarja kemm għat-​tagħlim tal-​knisja tagħhom kif ukoll għal dak tal-​Bibbja. (1 Korintin 6:18; Ebrej 13:4) M’għandniex xi ngħidu, il-​Kattoliċi mhumiex waħedhom f’li jagħrfu li hemm differenza bejn l-​istil taʼ ħajja tagħhom u dak li tgħallem il-​knisja tagħhom. Il-​kleru taʼ ħafna reliġjonijiet jgħidu li l-​membri tagħhom jaġixxu “prattikament taʼ atei.”

Dawn l-​eżempji loġikament iwassluna għall-​mistoqsija: Għandna verament bżonnu lil Alla? Din il-​kwistjoni bla dubju mhix waħda ġdida. Tqajmet għall-​ewwel darba fl-​ewwel ftit paġni tal-​Bibbja. Sabiex insibu t-​tweġiba għal din il-​mistoqsija, ejja niffokaw fuq xi kwistjonijiet li tqajmu fil-​ktieb Bibliku tal-​Ġenesi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja