LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 1/1 p. 16
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • X’Tistaʼ Tagħmel Dwar l-Inġustizzja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Qatt Se Jkun Hawn Ġustizzja fid-Dinja?
    Iktar Suġġetti
  • Int Tistaʼ Tkampa maʼ l-Inġustizzja!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • “Alla hu inġust?”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 1/1 p. 16
Mara bit-​tfal jgħixu f’faqar estrem

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

X’tip taʼ persuna hu Alla?

Alla hu persuna spirtu inviżibbli. Hu ħalaq is-​smewwiet, l-​art, u l-​ħlejjaq ħajjin kollha. Ħadd ma ħalaq lil Alla—hu ma kellux bidu. (Salm 90:2) Alla jrid li n-​nies ifittxuh u jsiru jafu l-​verità dwaru.—Aqra Atti 17:24-​27.

Alla hu persuna li nistgħu nsiru nafuh b’ismu. Nistgħu nagħrfu ftit mill-​kwalitajiet tiegħu billi nikkunsidraw l-​affarijiet li għamel. (Rumani 1:20) Imma biex insiru nafu sew lil Alla, jeħtieġ li nistudjaw il-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja. Din turina kemm għandu mħabba Alla.—Aqra Salm 103:7-​10.

Alla kif iħossu dwar l-​inġustizzja?

Il-​Ħallieq tagħna, Ġeħova, jobgħodha l-​inġustizzja. Hu ħalaq lill-​bnedmin fix-​xbieha tiegħu. (Dewteronomju 25:16) Huwa għalhekk li l-​biċċa l-​kbira minna nobogħdu l-​inġustizzja. Alla mhuwiex il-​kaġun tal-​inġustizzji taʼ madwarna. Alla ta lill-​bniedem ir-​rieda ħielsa. B’dispjaċir, ħafna nies jużaw ħażin ir-​rieda ħielsa tagħhom u jwettqu l-​inġustizzji. Ġeħova jħossu mweġġaʼ f’qalbu.—Aqra Ġenesi 6:5, 6; Dewteronomju 32:4, 5.

Ġeħova jħobb il-​ġustizzja, u mhux se jittollera l-​inġustizzja għal dejjem. (Salm 37:28, 29) Il-​Bibbja twiegħed li Alla dalwaqt se jtemm l-​inġustizzja kollha.—Aqra t-​2 Pietru 3:7-​9, 13.

Il-​Bibbja twiegħed li Alla dalwaqt se jipprovdi ġustizzja għal kulħadd

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 1 taʼ dan il-​ktieb, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Disponibbli wkoll f’www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja