LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 3/1 p. 16
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • Ġesù għala bata u miet?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Il-​mewt u l-​irxoxt ta’ Ġesù—X’jistgħu jfissru għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 3/1 p. 16
Nies jieħdu pjaċir f’xatt il-​baħar fuq art magħmula ġenna u tfal jgħumu

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Kif nibbenefikaw mill-​mewt taʼ Ġesù?

Meta Alla ħalaq lill-​bnedmin, l-​iskop tiegħu kien li jgħixu fuq l-​art għal dejjem mingħajr qatt isofru l-​mard jew il-​mewt. Madankollu, l-​ewwel raġel, Adam, m’obdiex lill-​Ħallieq u tilef il-​prospett li jgħix għal dejjem. Bħala dixxendenti t’Adam, aħna writna l-​mewt mingħandu. (Rumani 5:8, 12; 6:23) Ġeħova, l-​Alla l-​veru, bagħat lil Ibnu, Ġesù, fuq l-​art biex imut u jifdi dak li Adam tilef.—Aqra Ġwanni 3:16.

Ġesù miet biex jagħmel il-​ħajja taʼ dejjem possibbli għall-​bnedmin. Int kif taħseb li se tkun il-​ħajja bla tmiem fuq l-​art?

Il-​mewt taʼ Ġesù tagħmel possibbli għalina l-​maħfra taʼ dnubietna u l-​ħajja mingħajr tmiem. Il-​Bibbja tagħtina stampa taʼ kif se tkun il-​ħajja fuq l-​art meta ma nkunux effettwati iktar mix-​xjuħija, il-​mard, u l-​mewt.—Aqra Isaija 25:8; 33:24; Rivelazzjoni 21:4, 5.

Kif għandna niftakru fil-​mewt taʼ Ġesù?

Fil-​lejla qabel miet, Ġesù qal lis-​segwaċi tiegħu biex jiftakru l-​mewt tiegħu permezz taʼ ċerimonja sempliċi. Il-​kommemorazzjoni taʼ kull sena tal-​mewt taʼ Ġesù b’dan il-​mod tippermettilna naħsbu kemm Ġesù u Ġeħova jħobbu lill-​umanità.—Aqra Luqa 22:19, 20; 1 Ġwanni 4:9, 10.

Din is-​sena, it-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù taħbat nhar it-​Tnejn, 14 t’April, wara nżul ix-​xemx. Int mistieden tattendi max-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​inħawi tiegħek.—Aqra Rumani 1:11, 12.

Għal iktar informazzjoni ara kapitli 4 u 5 tal-​ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Tistaʼ tiddawnlowdjah minn www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja