LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 3/15 pp. 3-6
  • Nilħqu l-qalb taʼ qraba li mhumiex tal-istess twemmin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nilħqu l-qalb taʼ qraba li mhumiex tal-istess twemmin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “SIBNA ’L-​MESSIJA”
  • XI NGĦIDU GĦAL ĦUT ĠESÙ?
  • XI WĦUD JEĦTIEĠU ĦAFNA ŻMIEN
  • SIB SERĦAN MILL-​ILMA TAL-​VERITÀ
  • KONDOTTA EŻEMPLARI
  • TAQTAX QALBEK!
  • Xi Ngħidu Għal Qrabatek?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Nippridkaw lil tal-Familja—Kif?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Il-verità ma ġġibx “il-paċi, imma sejf”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • “Dawk li jisimgħuk” se jiġu salvati
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 3/15 pp. 3-6

Nilħqu l-​qalb taʼ qraba li mhumiex tal-​istess twemmin

“MUR id-​dar għand qrabatek, u għidilhom dak kollu li Ġeħova għamel miegħek u l-​ħniena li wriek,” qal Ġesù Kristu. F’dak iż-​żmien x’aktarx kien f’Gadara, fix-​Xlokk tal-​Baħar tal-​Galilija, jitkellem maʼ raġel li ried isir segwaċi tiegħu. Il-​kliem taʼ Ġesù juri li hu fehem karatteristika bażika tal-​bnedmin—ix-​xewqa li jaqsmu affarijiet taʼ interess u taʼ importanza mal-​qraba.—Mk. 5:19.

Anki llum spiss naraw din il-​karatteristika, għalkemm f’xi kulturi hi iktar evidenti milli f’oħrajn. B’hekk, meta individwu jsir aduratur tal-​Alla l-​veru, Ġeħova, normalment ikun jixtieq jaqsam it-​twemmin ġdid tiegħu maʼ qrabatu. Imma kif għandu jagħmel dan? Kif jistaʼ jilħaq il-​qalb taʼ qraba li għandhom reliġjon differenti jew li m’għandhom ebda reliġjon? Il-​Bibbja tagħti pariri pożittivi u realistiċi.

“SIBNA ’L-​MESSIJA”

Fl-​ewwel seklu, Indrì kien wieħed minn tal-​ewwel li identifika lil Ġesù bħala l-​Messija. U minnufih lil min mar jgħid b’dak li sar jaf? “L-​ewwel dan [Indrì] sab lil ħuh Xmun u qallu: ‘Sibna ’l-​Messija’ (kelma li meta tiġi tradotta tfisser Kristu).” Indrì ħa lil Pietru għand Ġesù, u b’hekk lil Pietru tah l-​opportunità li jsir wieħed mid-​dixxipli taʼ Ġesù.—Ġw. 1:35-​42.

Madwar sitt snin wara, meta Pietru kien qiegħed f’Ġaffa, hu ġie mistieden jivvjaġġa lejn Ċesarija, fit-​Tramuntana, biex iżur id-​dar taʼ Kornelju, fizzjal tal-​armata. Pietru lil min sab miġbur fid-​dar? “Naturalment, Kornelju kien qed jistenniehom [lil Pietru u lil dawk li kienu qed jivvjaġġaw miegħu] u kien ġabar flimkien lil qrabatu u lil xi ħbieb tal-​qalb.” B’hekk, Kornelju ta lil qrabatu l-​opportunità li jisimgħu lil Pietru u jieħdu deċiżjoni bbażata fuq dak li semgħu.—Atti 10:22-​33.

X’nistgħu nitgħallmu mill-​mod kif Indrì u Kornelju ttrattaw lill-​qraba tagħhom?

Kemm Indrì u kemm Kornelju ħadu azzjoni. Indrì introduċa personalment lil Pietru maʼ Ġesù, u Kornelju għamel arranġamenti biex qrabatu jisimgħu dak li kellu xi jgħid Pietru. Imma Indrì u Kornelju la għamlu pressjoni fuq qrabathom u lanqas ipprovaw iqarrqu bihom biex huma jsiru segwaċi taʼ Kristu. X’nistgħu nitgħallmu minn dan? Nagħmlu tajjeb jekk naġixxu b’mod simili. Forsi nistgħu naqsmu xi ħsibijiet maʼ qrabatna u noħolqu opportunitajiet biex jiġu f’kuntatt maʼ veritajiet tal-​Bibbja u m’aduraturi sħabna. Xorta waħda, aħna nirrispettaw il-​libertà tal-​għażla tagħhom u ma nagħmlux pressjoni fuqhom li ddejjaqhom. Biex nagħtu eżempju dwar kif nistgħu ngħinu lil qrabatna, ikkunsidra l-​eżempju taʼ Jürgen u Petra, koppja miżżewġa fil-​Ġermanja.

Petra studjat il-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova u maż-​żmien tgħammdet. Żewġha, Jürgen, kien fizzjal fl-​armata. Għall-​ewwel, Jürgen xejn ma ħa pjaċir bid-​deċiżjoni taʼ martu. Imma maż-​żmien irrealizza li x-​Xhieda jippritkaw il-​verità mill-​Bibbja. Anki hu ddedika ħajtu lil Ġeħova, u llum jaqdi bħala anzjan fil-​kongregazzjoni lokali. Hu liema parir jagħti dwar li nilħqu l-​qalb taʼ qarib li ma jemminx bħalna?

Jürgen jgħid: “M’għandniex nipprovaw nisforzaw u nibbombardjaw lil qrabatna b’affarijiet spiritwali. Dan jistaʼ sempliċement iġegħelhom iktar ma jaċċettawx. Fl-​aħħar mill-​aħħar, jaf ikun aħjar jekk xi kultant ngħidulhom xi ħaġa żgħira bit-​tattika. Huwa tajjeb ukoll jekk lil qrabatna nlaqqgħuhom maʼ ħutna li jkunu tamparhom u jkollhom l-​istess interessi. Jekk tagħmel dan se jkun iktar faċli biex tgħinhom.”

Jürgen bħala fizzjal fl-armata Ġermaniża; Jürgen illum bħala anzjan tal-kongregazzjoni

“M’għandniex nipprovaw nisforzaw u nibbombardjaw lil qrabatna.”—Jürgen

L-​appostlu Pietru u l-​qraba taʼ Kornelju mill-​ewwel laqgħu l-​messaġġ tal-​Bibbja. Oħrajn fl-​ewwel seklu li semgħu bil-​verità kellhom bżonn iktar żmien biex jieħdu deċiżjoni.

XI NGĦIDU GĦAL ĦUT ĠESÙ?

Diversi qraba taʼ Ġesù wrew fidi fih matul il-​ministeru pubbliku tiegħu. Pereżempju, jidher possibbli li l-​appostli Ġakbu u Ġwanni kienu kuġini taʼ Ġesù u li ommhom, Salomè, kienet zitu. Jistaʼ jkun li hi kienet waħda mill-​“ħafna nisa oħrajn, li kienu jaqdu [lil Ġesù u l-​appostli] minn dak li kellhom.”—Lq. 8:1-​3.

Però, membri oħrajn mill-​familja taʼ Ġesù mhux mill-​ewwel eżerċitaw il-​fidi. Pereżempju, darba minnhom, iktar minn sena wara l-​magħmudija taʼ Ġesù, folol inġabru ġo dar biex jisimgħuh. “Imma meta qrabatu semgħu b’dan, ħarġu biex jaqbduh, għax bdew jgħidu: ‘Tilef moħħu.’” Xi żmien wara, meta ħut Ġesù mill-​omm staqsewh fejn kien sejjer, hu ma wiġibhomx direttament. Għala? Għax “fil-​fatt, ħutu ma kinux qed jeżerċitaw il-​fidi fih.”—Mk. 3:21; Ġw. 7:5.

X’nistgħu nitgħallmu mill-​mod kif Ġesù ttratta lil qrabatu? Hu ma ħax għalih meta xi wħud sostnew li kien tilef moħħu. Saħansitra wara li ġie maqtul u rxoxtat, Ġesù ta iktar inkuraġġiment lil qrabatu billi deher lil Ġakbu, ħuh mill-​omm. Milli jidher, dan għen biex jikkonvinċi lil Ġakbu u anki lil ħutu l-​oħrajn mill-​omm li Hu kien verament il-​Messija. Infatti, huma kienu mal-​appostli u oħrajn f’kamra taʼ fuq f’Ġerusalemm u milli jidher irċivew l-​ispirtu qaddis. Maż-​żmien, Ġakbu u Ġuda, ħu ieħor taʼ Ġesù mill-​omm, gawdew privileġġi meraviljużi.—Atti 1:12-​14; 2:1-​4; 1 Kor. 15:7.

XI WĦUD JEĦTIEĠU ĦAFNA ŻMIEN

Roswitha u żewġha jistudjaw pubblikazzjoni bbażata fuq il-Bibbja flimkien

“Jistaʼ jitwettaq ħafna ġid jekk dak li jkun jistabar u jibqaʼ jistabar.”—Roswitha

Bħal fl-​ewwel seklu, illum xi qraba jkunu jeħtieġu ammont taʼ żmien mhux ħażin qabel ma jaqbdu t-​triq li tagħti għall-​ħajja. Ħu pereżempju lil Roswitha, li kienet Kattolika Rumana attiva meta żewġha tgħammed bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​1978. Għax kienet devota fit-​twemmin tagħha, Roswitha għall-​ewwel kienet topponi lil żewġha. Imma matul is-​snin, ma baqgħetx topponih daqstant u bdiet tara li x-​Xhieda jgħallmu l-​verità. Fl-​2003 tgħammdet hi wkoll. X’għen biex ikun hemm bidla? Żewġha ma ħax għalih meta għall-​ewwel bdiet topponih, imma minflok, lil Roswitha taha opportunitajiet biex tbiddel l-​opinjoni tagħha. U hi liema parir tagħti? “Jistaʼ jitwettaq ħafna ġid jekk dak li jkun jistabar u jibqaʼ jistabar.”

Monika tgħammdet fl-​1974, u ż-​żewġ uliedha subien saru Xhieda madwar għaxar snin wara. Għalkemm żewġha, Hans, qatt m’oppona t-​twemmin tagħha, hu dam sal-​2006 biex tgħammed. Peress li għaddew minn din is-​sitwazzjoni, il-​familja liema parir tagħti? “Ibqaʼ leali lejn Ġeħova, u tagħmilx kompromess tal-​fidi.” Naturalment kien importanti li lil Hans kontinwament juruh li jħobbuh. U huma qatt ma qatgħu qalbhom minnu li eventwalment kien se jsir Xhud.

SIB SERĦAN MILL-​ILMA TAL-​VERITÀ

Ġesù darba qabbel il-​messaġġ tal-​verità maʼ ilma li jagħti l-​ħajja taʼ dejjem. (Ġw. 4:13, 14) Aħna rridu li l-​qraba tagħna jsibu serħan billi jixorbu mill-​ilma frisk u nadif tal-​verità. Żgur li ma rriduhomx jifgaw minħabba li jiġu sforzati jixorbu ħafna ilma f’daqqa. Jekk iħossuhomx imserrħin jew fgati jistaʼ jiddependi minn kif nispjegawlhom it-​twemmin tagħna. Il-​Bibbja tgħid li “qalb il-​ġust timmedita sabiex twieġeb” u li “qalb l-​għaref iġġiegħel lil fommu juri d-​dehen u żżid il-​persważjoni lil xofftejh.” Kif nistgħu napplikaw dawn il-​pariri?—Prov. 15:28; 16:23.

Mara għandha mnejn tkun tixtieq tispjega t-​twemmin tagħha lil żewġha. Jekk hi “timmedita sabiex twieġeb,” se tagħżel kliemha bil-​għaqal u ma titkellimx bl-​addoċċ. Hi m’għandhiex tagħti l-​impressjoni li tħossha ġusta żżejjed jew superjuri. Id-​diskors tagħha maħsub sew jistaʼ jkun taʼ serħan u jippromwovi l-​paċi. Żewġha meta jkun rilassat u faċli biex tavviċinah? Liema suġġetti jħobb jaqra jew jitkellem dwarhom? Interessat hu fix-​xjenza, il-​politika, jew l-​isports? Kif tistaʼ hi tqanqal il-​kurżità tiegħu dwar il-​Bibbja imma fl-​istess ħin tirrispetta s-​sentimenti u l-​opinjonijiet tiegħu? Jekk taħseb fuq dan, hi se tiġi megħjuna titkellem u taġixxi bid-​dehen.

Li nilħqu l-​qalb taʼ membri tal-​familja li għadhom mhumiex Xhieda mhijiex sempliċement kwistjoni taʼ li nispjegawlhom it-​twemmin tagħna ftit ftit. Il-​kondotta tajba tagħna għandha tkun fi qbil maʼ dak li ngħidu.

KONDOTTA EŻEMPLARI

“Ibqaʼ applika l-​prinċipji Bibliċi fil-​ħajja taʼ kuljum. Dan hu mod effettiv ħafna biex iġġiegħel lill-​qarib jieqaf u jaħseb, anki jekk mhux se jammetti dan,” jispjega Jürgen, li ssemma fuq. Hans, li tgħammed xi 30 sena wara martu, jaqbel miegħu. “Kondotta Kristjana eżemplari hi importanti sabiex il-​qraba jaraw l-​effett pożittiv tal-​verità f’ħajjitna.” Il-​qraba tagħna għandhom ikunu jistgħu jaraw li t-​twemmin tagħna jagħmilna differenti minn t’oħrajn b’mod pożittiv, mhux b’mod negattiv jew offensiv.

Hans qed jitgħammed; Hans u martu jistudjaw flimkien

“Kondotta Kristjana eżemplari hi importanti sabiex il-qraba jaraw l-effett pożittiv tal-verità f’ħajjitna.”—Hans

L-​appostlu Pietru ta pariri għaqlin lin-​nisa li żwieġhom mhumiex tal-​istess twemmin: “Kunu sottomessi lejn żwieġkom, sabiex, jekk xi wħud ma jkunux ubbidjenti lejn il-​kelma, dawn jintrebħu mingħajr ebda kelma permezz tal-​kondotta tan-​nisa tagħhom, għax ikunu raw b’għajnejhom stess il-​kondotta safja tagħkom flimkien mar-​rispett profond. U tħallux it-​tiżjin tagħkom ikun dak minn barra, l-​immaljar tax-​xagħar u l-​ilbis t’ornamenti tad-​deheb jew taʼ ħwejjeġ, imma ħa jkun dak tal-​persuna minn ġewwa, fil-​qalb, imżejna bi spirtu kwiet u ġwejjed li ma jitħassarx u li hu taʼ valur kbir f’għajnejn Alla.”—1 Pt. 3:1-​4.

Pietru kiteb li raġel jistaʼ jintrebaħ mill-​kondotta eżemplari taʼ martu. B’din il-​gwida Skritturali f’moħħha, oħt jisimha Christa ilha tipprova tmiss qalb żewġha bil-​kondotta tagħha minn mindu tgħammdet fl-​1972. Għalkemm żewġha xi darba kien jistudja max-​Xhieda, hu għadu m’għamilx il-​verità tiegħu. Hu attenda xi laqgħat Kristjani u jingwalaha sew maʼ dawk fil-​kongregazzjoni. Huma, min-​naħa tagħhom, jirrispettaw id-​dritt tiegħu li jagħżel. Christa kif tipprova tilħaqlu qalbu?

“Jien determinata li nibqaʼ nobdi lil Ġeħova. Fl-​istess ħin, nipprova nirbaħ lil żewġi ‘mingħajr ebda kelma’ permezz tal-​kondotta tajba tiegħi. Meta ma jkun se jinkiser l-​ebda prinċipju Bibliku, nagħmel dak kollu li nistaʼ biex naqtagħlu xewqtu. U, naturalment, nirrispetta l-​libertà tal-​għażla tiegħu u nħalli kollox f’idejn Ġeħova.”

Il-​mod kif taġixxi Christa juri l-​valur li tkun flessibbli. Hi tkompli żżomm rutina tajba spiritwalment billi tattendi regolarment il-​laqgħat u jkollha sehem sinifikanti fil-​ministeru Kristjan. Madankollu, hi turi konsiderazzjoni, billi tirrealizza li żewġha għandu d-​dritt għall-​imħabba, il-​ħin, u l-​attenzjoni tagħha. Kull min għandu qraba li mhumiex tal-​istess twemmin jagħmel tajjeb li jkun flessibbli u juri konsiderazzjoni. Il-​Bibbja tispjega: “Għal kollox hemm żmien stabbilit.” Dan jinkludi ħin li nqattgħuh mal-​membri tal-​familja, speċjalment mal-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ, li ma jemmnux bħalna. Il-​ħin li nqattgħu flimkien jinkuraġġixxi l-​komunikazzjoni. L-​esperjenza turi li komunikazzjoni tajba tnaqqas ir-​riskju li dak li jkun iħossu waħdu, imwarrab, jew għajjur.—Ekk. 3:1.

TAQTAX QALBEK!

“Huwa importanti li nuru li nħobbu lill-​membru tal-​familja u li nitolbu għalih,” jgħid Holger, li missieru tgħammed 20 sena wara li tgħammdu membri oħra tal-​familja. Christa tkompli tgħid li ‘hi qatt mhi se taqtaʼ qalbha u li tibqaʼ tittama li żewġha, fl-​aħħar mill-​aħħar, jieħu waqfa man-​naħa taʼ Ġeħova u jaċċetta l-​verità.’ Dejjem għandu jkollna attitudni pożittiva lejn qrabatna li ma jemmnux bħalna.

Il-​mira tagħna hi li nżommu r-​relazzjonijiet b’saħħithom, li nagħtu opportunità lil qrabatna biex jirrikonoxxu l-​verità, u li mmissulhom qalbhom bil-​messaġġ tal-​Bibbja. U dejjem għandna nġibu ruħna “bil-​ħlewwa u b’rispett profond.”—1 Pt. 3:15.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja