LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 10/15 pp. 7-12
  • Għandek fidi li ma titħarrikx fis-Saltna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandek fidi li ma titħarrikx fis-Saltna?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • WEGĦDA TIRRIVELA KIF L-​ISKOP T’ALLA SE JITWETTAQ
  • PATT JIDENTIFIKA LIN-​NISEL
  • PATT JIGGARANTIXXI LI S-​SALTNA SE TIBQAʼ GĦAL DEJJEM
  • PATT GĦAL QASSIS
  • IS-​SALTNA HI BBAŻATA FUQ PATTIJIET LEGALI
  • Issiru “saltna ta’ qassisin”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Jehovah Hu Alla taʼ Pattijiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • “L-għerf t’Alla f’sigriet sagru”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Barkiet Akbar Permezz tal-Patt il-Ġdid
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 10/15 pp. 7-12
Taħt is-Saltna t’Alla, il-bnedmin qed igawdu l-ħajja f’art magħmula ġenna

Għandek fidi li ma titħarrikx fis-Saltna?

“Il-fidi hi l-istennija garantita t’affarijiet li nittamaw għalihom.”—EBR. 11:1.

TISTAʼ TISPJEGA?

Billi tuża ċ-ċart “Kif Alla se jwettaq l-iskop tiegħu,” irrivedi . . .

  • l-wegħda li saret fl-Għeden.

  • l-patt Abrahamiku u l-patt Davidiku.

  • l-patt għal qassis bħal Melkisedek.

1, 2. X’se jsaħħaħ il-​fiduċja tagħna li permezz tas-​Saltna l-​iskop t’Alla għall-​bnedmin se jitwettaq, u għala? (Ara l-​ewwel stampa.)

BĦALA Xhieda taʼ Ġeħova, aħna b’żelu nippritkaw li s-​Saltna t’Alla hi l-​unika soluzzjoni għall-​problemi tagħna. Iżda, aħna tassew konvinti li s-​Saltna hi reali u li permezz tagħha se jitwettaq l-​iskop t’Alla? Għala jistaʼ jkollna fidi soda fis-​Saltna?—Ebr. 11:1.

2 Is-​Saltna t’Alla taħt it-​tmexxija tal-​Messija hi arranġament stabbilit minn Dak li Jistaʼ Kollox innifsu biex iwettaq l-​iskop tiegħu għall-​bnedmin. Is-​Saltna hi bbażata fuq pedament sod—id-​dritt assolut taʼ Ġeħova li jsaltan. Aspetti importanti tas-​Saltna—is-​sultan tagħha, dawk li jsaltnu miegħu, u fuq xiex se jkollhom awtorità—ilkoll ġew stabbiliti legalment permezz taʼ pattijiet. Dawn il-​pattijiet huma kuntratti, jew ftehim, legali li saru minn Ġeħova jew Ibnu, Ġesù Kristu. Billi neżaminaw dawn il-​pattijiet, se nifhmu aħjar kif l-​iskop taʼ Ġeħova se jitwettaq u għala nistgħu nkunu fiduċjużi li s-​Saltna ma tistax titħarrek.​—Aqra Efesin 2:12.

3. X’se neżaminaw f’dan l-​artiklu u f’dak taʼ warajh?

3 Il-​Bibbja tirreferi għal sitt pattijiet ewlenin li għandhom x’jaqsmu mas-​Saltna t’Alla taħt it-​tmexxija taʼ Kristu. Dawn huma (1) il-​patt Abrahamiku, (2) il-​patt tal-​Liġi, (3) il-​patt Davidiku, (4) il-​patt għal qassis bħal Melkisedek, (5) il-​patt il-​ġdid, u (6) il-​patt tas-​Saltna. Ejja neżaminaw kif kull patt għandu x’jaqsam mas-​Saltna u jaħdem biex jitwettaq l-​iskop t’Alla għall-​art u għall-​bnedmin.—Ara ċ-​ċart “Kif Alla se jwettaq l-​iskop tiegħu.”

WEGĦDA TIRRIVELA KIF L-​ISKOP T’ALLA SE JITWETTAQ

4. Bħalma hemm miktub fil-​ktieb tal-​Ġenesi, Ġeħova liema digrieti għamel b’konnessjoni mal-​bnedmin?

4 Wara li ħejja l-​pjaneta mill-​isbaħ tagħna biex ikun jistaʼ jgħix fuqha l-​bniedem, Ġeħova għamel tliet digrieti b’konnessjoni mal-​bnedmin: Alla tagħna kien se joħloq lill-​umanità fix-​xbieha tiegħu, il-​bnedmin kienu se jagħmlu l-​art ġenna u jimlewha bi wliedhom li jħobbu s-​sewwa, u l-​bnedmin kienu projbiti milli jieklu mis-​siġra tal-​għarfien tat-​tajjeb u l-​ħażin. (Ġen. 1:26, 28; 2:16, 17) Dawn it-​tliet digrieti kienu deskrizzjoni sħiħa tal-​iskop t’Alla għall-​bnedmin u l-​art. Allura, Alla għala kellu jagħmel il-​pattijiet?

5, 6. (a) Satana kif ipprova jfixkel l-​iskop t’Alla? (b) Ġeħova kif wieġeb għall-​isfida taʼ Satana fl-​Għeden?

5 Satana beda ribelljoni kontra Alla u l-​iskop tiegħu. Hu pprova jġib fix-​xejn l-​ubbidjenza tal-​bnedmin lejn Alla billi ħajjar lil Eva biex tiekol il-​frott mis-​siġra tal-​għarfien tat-​tajjeb u l-​ħażin. (Ġen. 3:1-​5; Riv. 12:9) Billi għamel dan, hu sfida d-​dritt t’Alla li jsaltan fuq il-​ħolqien Tiegħu. Barra minn hekk, Satana iktar tard akkuża lill-​bnedmin li kienu qed jaqdu lil Alla għal raġunijiet egoistiċi.—Ġob 1:9-​11; 2:4, 5.

6 Ġeħova kif kien se jwieġeb għall-​isfida taʼ Satana fl-​Għeden? Veru, kieku qabad u qered lir-​ribelli kien itemm ir-​ribelljoni tagħhom. Imma kien ifisser ukoll li ma jitwettaqx l-​iskop t’Alla li l-​art tkun mimlija dixxendenti ubbidjenti t’Adam u Eva. Ġeħova għażel li ma jeqridx lir-​ribelli, imma minflok għamel profezija profonda, il-​wegħda li saret fl-​Għeden. Din kienet garanzija li kull dettall tal-​wegħdi t’Alla għall-​art u għall-​bnedmin kien se jseħħ.—Aqra Ġenesi 3:15.

7. Il-​wegħda li saret fl-​Għeden x’tirrivela dwar is-​serp u n-​nisel tiegħu?

7 Permezz tal-​wegħda li saret fl-​Għeden, Alla kkundanna lis-​serp u n-​nisel tiegħu għall-​mewt, jiġifieri, lil Satana x-​Xitan u dawk li jingħaqdu miegħu kontra d-​dritt t’Alla li jsaltan. Alla ta lin-​nisel tal-​mara l-​awtorità li jeqred lil dawn ir-​ribelli. Għalhekk, il-​wegħda li saret fl-​Għeden irrivelat li Satana u l-​effetti tar-​ribelljoni tiegħu kienu se jiġu eliminati. Il-​wegħda identifikat ukoll kif dan kien se jsir.

8. X’nitgħallmu dwar l-​identità tal-​mara u n-​nisel tagħha?

8 Min kien se jkun in-​nisel tal-​mara? In-​nisel kien se jkollu jkun persuna spirtu. Għala? Għax dan in-​nisel se “jġib fix-​xejn” lil Satana, li hu ħliqa spirtu inviżibbli. (Ebr. 2:14) Allura l-​mara li tiled lil dan in-​nisel ukoll kellha tkun inviżibbli. Waqt li n-​nisel tas-​serp immultiplika, l-​identità tal-​mara u n-​nisel tagħha baqgħet misteru għal madwar 4,000 sena wara li saret il-​wegħda fl-​Għeden. Matul dawn is-​snin, Ġeħova għamel diversi pattijiet li jidentifikaw lin-​nisel u li jirrivelaw kif Alla se jirranġa l-​ħsara li ġabet magħha r-​ribelljoni taʼ Satana.

PATT JIDENTIFIKA LIN-​NISEL

9. X’inhu l-​patt Abrahamiku, u meta sar validu?

9 Madwar 2,000 sena wara li saret il-​wegħda fl-​Għeden, Ġeħova kkmanda lill-​patrijarka Abraham biex jitlaq id-​dar tiegħu f’Ur, il-​Mesopotamja, u jmur fl-​art taʼ Kangħan. (Atti 7:2, 3) Ġeħova qallu: “Itlaq minn artek u minn qrabatek u minn dar missierek u mur fl-​art li se nurik; u nagħmel ġens kbir minnek u nbierkek u nagħmel ismek kbir; u int kun barka għal oħrajn. U nbierek lil min ibierkek, u nisħet lil min jisħtek, u permezz tiegħek żgur li se jitbierku l-​familji kollha taʼ l-​art.” (Ġen. 12:1-​3) Il-​wegħda t’Alla lil Abraham tissejjaħ il-​patt Abrahamiku. Ma nafux eżattament meta Ġeħova l-​ewwel għamel il-​patt m’Abraham. Imma nafu li l-​patt sar validu fis-​sena 1943 QEK, meta Abraham, li kellu 75 sena, telaq minn Ħaran u qasam ix-​Xmara Ewfrat.

10. (a) Abraham kif wera fidi soda fil-​wegħdi t’Alla? (b) Ġeħova liema dettalji rrivela ftit ftit dwar in-​nisel tal-​mara?

10 Ġeħova rripeta l-​wegħda tiegħu lil Abraham diversi drabi u kull darba żied iktar dettalji. (Ġen. 13:15-​17; 17:1-​8, 16) Il-​fidi t’Abraham fil-​wegħdi t’Alla tant kienet soda li saħansitra kien lest li jissagrifika lill-​għażiż ibnu. Allura Ġeħova tqanqal isaħħaħ il-​patt billi ggarantixxa li l-​wegħda tiegħu kienet se sseħħ. (Aqra Ġenesi 22:15-​18; Ebrej 11:17, 18.) Wara li l-​patt Abrahamiku sar validu, Ġeħova ftit ftit irrivela dettalji importanti dwar in-​nisel tal-​mara. In-​nisel kien se jiġi mill-​familja t’Abraham, kien se jinkludi bosta nies li kienu se jaqdu bħala slaten, kien se jeqred lill-​għedewwa kollha t’Alla, u kien se jkun barka għal ħafna bnedmin.

Abraham sejjer biex joffri lil Iżakk

Abraham wera l-fidi soda tiegħu fil-wegħdi t’Alla (Ara paragrafu 10)

11, 12. L-​Iskrittura kif turi li l-​patt Abrahamiku għandu twettiq akbar, u dan xi jfisser għalina?

11 Filwaqt li l-​patt Abrahamiku kellu twettiq letterali għad-​dixxendenti t’Abraham meta wirtu l-​Art Imwiegħda, l-​Iskrittura turi li dan il-​patt kellu wkoll twettiq spiritwali. (Gal. 4:22-​25) F’dan it-​twettiq akbar, bħalma spjega l-​appostlu Pawlu taħt ispirazzjoni, Ġesù Kristu hu l-​parti primarja tan-​nisel t’Abraham u l-​parti sekondarja tirreferi għall-​144,000 Kristjan midluk. (Gal. 3:16, 29; Riv. 5:9, 10; 14:1, 4) Il-​mara fil-​wegħda li saret fl-​Għeden hi l-​parti tal-​organizzazzjoni t’Alla fis-​sema. Din il-​mara tissejjaħ “Ġerusalemm taʼ fuq” u hi magħmula minn ħlejjaq spirti leali. (Gal. 4:26, 31) Bħalma wiegħed il-​patt Abrahamiku, in-​nisel tal-​mara kien se jġib barkiet għall-​umanità.

12 Il-​patt Abrahamiku jipprovdi garanzija legali għas-​Saltna tas-​smewwiet u jiftaħ it-​triq biex is-​Sultan u dawk li jirrenjaw miegħu jirtu din is-​Saltna. (Ebr. 6:13-​18) Dan il-​patt kemm se jdum? Ġenesi 17:7 jgħid li hu “patt għal żmien indefinit.” Se jibqaʼ jeżisti sakemm is-​Saltna teqred lill-​għedewwa t’Alla u sakemm il-​familji kollha fuq l-​art ikunu ġew imberkin. (1 Kor. 15:23-​26) Infatti, dawk li mbagħad se jgħixu fuq l-​art se jibbenefikaw għal dejjem. Il-​patt t’Alla m’Abraham juri li Ġeħova hu determinat li jwettaq l-​iskop tiegħu li bnedmin li jħobbu s-​sewwa ‘jimlew l-​art’!—Ġen. 1:28.

PATT JIGGARANTIXXI LI S-​SALTNA SE TIBQAʼ GĦAL DEJJEM

13, 14. Il-​patt Davidiku x’jiggarantixxi rigward it-​tmexxija tal-​Messija?

13 Il-​wegħda li saret fl-​Għeden u l-​patt Abrahamiku jgħallmuna li t-​tmexxija taʼ Ġeħova dejjem hi bbażata fuq il-​livelli ġusti tiegħu. Allura s-​Saltna taħt it-​tmexxija tal-​Messija li stabbilixxa Alla wkoll hi bbażata fuq dawn il-​livelli ġusti. (Salm 89:14) Sejra din is-​Saltna xi darba ssir korrotta, u għalhekk ikollha tiġi eliminata? Patt legali ieħor jiggarantixxi li dan qatt mhu se jiġri.

14 Ġeħova għamel wegħda mas-​Sultan David t’Iżrael tal-​qedem. Din il-​wegħda tissejjaħ il-​patt Davidiku. (Aqra t-​2 Samwel 7:12, 16.) Kien matul ir-​renju taʼ David f’Ġerusalemm li Ġeħova għamel dan il-​patt miegħu, billi wiegħdu li l-​Messija kien se jkun dixxendent tiegħu. (Lq. 1:30-​33) B’dan il-​mod, Ġeħova ta iktar informazzjoni speċifika dwar il-​linja taʼ dixxendenza tal-​Messija. Ġeħova qal li dan id-​dixxendent taʼ David kien se jkollu “d-​dritt legali” li jkun is-​Sultan tas-​Saltna Tiegħu. (Eżek. 21:25-​27) Permezz taʼ Ġesù, is-​saltna taʼ David se ‘tkun stabbilita fis-​sod għal dejjem.’ Tabilħaqq, in-​nisel taʼ David “ikun għal dejjem, u t-​tron tiegħu bħax-​xemx.” (Salm 89:34-​37) Iva, it-​tmexxija tal-​Messija qatt ma se ssir korrotta, u l-​benefiċċji li jiġu minn din it-​tmexxija se jibqgħu għal dejjem!

PATT GĦAL QASSIS

15-17. Skont il-​patt għal qassis bħal Melkisedek, liema inkarigu ieħor kien se jkollu n-​nisel, u għala?

15 Il-​patt Abrahamiku u l-​patt Davidiku jiggarantixxu li n-​nisel tal-​mara kien se jsaltan bħala sultan. Imma sabiex l-​umanità kollha tibbenefika bis-​sħiħ, in-​nisel kellu jkun iktar minn sempliċi sultan. In-​nisel kellu jkun qassis ukoll. Qassis biss jistaʼ joffri s-​sagrifiċċju meħtieġ biex il-​bnedmin jiġu meħlusin mid-​dnub u jsiru parti mill-​familja taʼ Ġeħova taʼ qaddejja leali fis-​sema u fuq l-​art. Biex jagħmel ċert li n-​nisel ikun qassis, Ġeħova għamel ftehim legali ieħor, il-​patt għal qassis bħal Melkisedek.

16 Alla rrivela permezz tas-​Sultan David li Hu personalment kien se jagħmel patt maʼ Ġesù. Dan il-​ftehim involva żewġ affarijiet. L-​ewwel, li Ġesù kien se ‘joqgħod bil-​qiegħda fuq il-​lemin’ t’Alla sakemm jeqred l-​għedewwa kollha tiegħu. U t-​tieni, li Ġesù kien se jkun “qassis għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek.” (Aqra Salm 110:1, 2, 4.) Għala “bl-​istess mod taʼ Melkisedek”? Għax ħafna qabel ma xi dixxendent t’Abraham wiret l-​Art Imwiegħda, Melkisedek, is-​sultan taʼ Salem, qeda bħala “qassis taʼ l-​Alla l-​Iktar Għoli.” (Ebr. 7:1-​3) Hu kien maħtur direttament minn Ġeħova u hu l-​uniku wieħed imsemmi fl-​Iskrittura Ebrajka li qeda kemm bħala sultan u kemm bħala qassis. Ukoll, peress li m’hemmx rekord taʼ xi ħadd li kellu din il-​pożizzjoni qabel jew wara Melkisedek, hu jistaʼ jissejjaħ “qassis għal dejjem.”

17 Ġesù hu maħtur direttament biex ikun qassis permezz taʼ dan il-​patt persunali li Ġeħova għamel miegħu, u hu se jibqaʼ “qassis għal dejjem bl-​istess mod taʼ Melkisedek.” (Ebr. 5:4-​6) Dan juri b’mod ċar li Ġeħova jiggarantixxi li se juża s-​Saltna tiegħu taħt it-​tmexxija taʼ Kristu biex iwettaq l-​iskop oriġinali tiegħu b’konnessjoni mal-​bnedmin fuq l-​art.

IS-​SALTNA HI BBAŻATA FUQ PATTIJIET LEGALI

18, 19. (a) Il-​pattijiet li ddiskutejna s’issa x’juru dwar is-​Saltna? (b) X’se niddiskutu fl-​artiklu li jmiss?

18 Mill-​pattijiet li rajna s’issa tgħallimna kif kull patt għandu x’jaqsam mas-​Saltna t’Alla taħt it-​tmexxija taʼ Kristu u kif din is-​Saltna hi bbażata b’mod sod fuq ftehim legali. Il-​wegħda li saret fl-​Għeden tiggarantixxi li Ġeħova se juża n-​nisel tal-​mara biex iwettaq l-​iskop tiegħu għall-​art u l-​bnedmin. Il-​patt Abrahamiku jispjega min kien se jkun dan in-​nisel u xi rwol kien se jkollu.

19 Il-​patt Davidiku jagħti iktar dettalji dwar il-​linja taʼ dixxendenza tal-​Messija. Dan il-​patt jagħti wkoll lil Ġesù d-​dritt li jsaltan fuq l-​art għal dejjem. Il-​patt għal qassis bħal Melkisedek jiggarantixxi li n-​nisel kien se jaqdi bħala qassis. Imma Ġesù mhux se jkun l-​uniku wieħed li jgħin lill-​bnedmin isiru perfetti. Hemm oħrajn li ġew maħturin biex jaqdu bħala slaten u qassisin. Dawn minn fejn kienu se jiġu? Dan se jiġi diskuss fl-​artiklu li jmiss.

KIF ALLA SE JWETTAQ L-ISKOP TIEGĦU

Ġesù qed jagħti s-Saltna lura lil Alla

Il-​wegħda li saret fl-​Għeden tirrivela li Alla se juża s-​Saltna biex iwettaq l-​iskop tiegħu għall-​art u l-​bnedmin. Is-​sitt pattijiet li ġejjin jgħinu fit-​twettiq tal-​iskop t’Alla:

IL-PATT ABRAHAMIKU

BEJN: Ġeħova u Abraham

L-ISKOP: Hu l-​garanzija legali li n-​‘nisel’ tal-​“mara” taʼ Ġenesi 3:15 se jsaltan fis-​Saltna

IL-PATT TAL-LIĠI

BEJN: Ġeħova u l-​ġens t’Iżrael

L-ISKOP: Jipproteġi lin-​‘nisel’ u jgħin lill-​bnedmin jidentifikaw lill-​Messija

IL-PATT DAVIDIKU

BEJN: Ġeħova u David

L-ISKOP: Jistabbilixxi li s-​Sultan Messjaniku se jiġi mil-​linja taʼ David u li dak li se twettaq is-​Saltna se jkun dejjiemi

IL-PATT GĦAL QASSIS BĦAL MELKISEDEK

BEJN: Ġeħova u Ġesù

L-ISKOP: Hu l-​garanzija legali li Ġesù, il-​parti primarja tan-​‘nisel’ tal-​mara, se jkun sultan u qassis għal dejjem

IL-PATT IL-ĠDID

BEJN: Ġeħova u Iżrael spiritwali

L-ISKOP: Jipprovdi bażi legali għal 144,000 Kristjan biex jiġu adottati bħala wlied Alla u biex jifformaw il-​parti sekondarja tan-​‘nisel’

IL-PATT TAS-SALTNA

BEJN: Ġesù u Iżrael spiritwali

L-ISKOP: Jgħaqqad legalment il-​Kristjani midlukin maʼ Kristu biex ikunu slaten u jaqdu bħala qassisin fis-​sema

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja