SUĠĠETT PRINĊIPALI | TISTAʼ TKUN QRIB TAʼ ALLA
M’hemmx mod ta’ ħajja aħjar
X’tista’ tagħmel biex tkun qrib ta’ Alla? Ikkunsidrajna l-passi li ġejjin u li tista’ tieħu biex tikkultiva relazzjoni mill-qrib miegħu:
Kun af u uża l-isem ta’ Alla, Ġeħova
Ikkomunika miegħu regolarment billi titlob u tistudja l-Kelma tiegħu, il-Bibbja
Kontinwament agħmel dak li jogħġob lil Ġeħova
Ersaq qrib lejn Alla billi tuża ismu, titlob lilu, tistudja l-Kelma tiegħu, u tagħmel dak li jogħġob lilu
Skont dawn il-prinċipji, taħseb li qed tagħmel dak li hu meħtieġ biex tersaq qrib lejn Alla? Hemm fejn tħoss li tista’ titjieb? Ngħiduha kif inhi, hemm bżonn ta’ sforz, imma qis ir-riżultati.
“Kull sforz li tagħmel biex tiżviluppa relazzjoni mill-qrib m’Alla hu worth it,” tgħid Jennifer, fl-Istati Uniti. “Din ir-relazzjoni ġġib magħha bosta barkiet: iżjed fiduċja f’Alla, fehma aħjar tal-personalità tiegħu, imma l-iżjed, iktar imħabba. M’hemmx mod ta’ ħajja aħjar!”
Jekk int tixtieq tgawdi relazzjoni mill-qrib m’Alla, ix-Xhieda ta’ Ġeħova se jieħdu pjaċir jgħinuk. Huma jistgħu jirranġaw biex jistudjaw il-Bibbja miegħek b’xejn. Ukoll, int mistieden tattendi l-laqgħat Bibliċi tagħhom fis-Sala tas-Saltna lokali, fejn se tgawdi l-assoċjazzjoni ta’ dawk li jgħożżu r-relazzjoni tagħhom m’Alla.a Hekk kif tagħmel dan, int ukoll se tħossok bħas-salmista, li qal: “Min-naħa tiegħi, li nersaq qrib Alla huwa tajjeb għalija.”—Salm 73:28.
a Biex titlob studju tal-Bibbja jew biex issib Sala tas-Saltna fl-inħawi tiegħek, jekk jogħġbok tkellem mal-persuna li ġabitlek din ir-rivista jew żur il-Websajt tagħna, www.jw.org/mt, u kklikkja fuq it-titlu IKKUNTATTJANA fin-naħa t’isfel tal-paġna.