LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 1/1 p. 16
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja?
    Fejn nistgħu nsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja?
  • Iktar għajnuna għall-familja
    Stenbaħ!—2018
  • It-Tbatija Qatt Se Tintemm?
    It-tbatija qatt se tintemm?
  • Int x’taħseb?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 1/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-BIBBJA MWEĠBIN

L-​ulied kif jistgħu jitgħallmu jħobbu lil Alla?

Ġenitur jgħallem lil ibnu billi juża lezzjonijiet mill-ħolqien

Uża tagħlimiet mill-ħolqien biex tgħin lil ibnek isir jaf u jħobb lil Alla

Huwa biss billi jkollhom l-​evidenza li Alla jeżisti u li jħobbhom li wliedek jistgħu jitgħallmu jħobbuh. Biex iħobbu lil Alla, huma għandhom bżonn ikunu jafuh. (1 Ġwanni 4:8) Pereżempju, għandhom bżonn ikunu jafu: Alla għala ħalaq lill-​bniedem? Alla għala jippermetti t-​tbatija? X’se jagħmel Alla għall-​bniedem fil-​futur?—Aqra Filippin 1:9.

Sabiex tgħin lil uliedek iħobbu lil Alla, għandek turihom li int stess tħobbu. Meta jaraw dan, x’aktarx li jagħmlu bħalek.—Aqra Dewteronomju 6:5-​7; Proverbji 22:6.

Kif tistaʼ tilħaq qalb uliedek?

Il-​Kelma t’Alla hi qawwija. (Ebrej 4:12) Għalhekk, għin lil uliedek jitgħallmu t-​tagħlim bażiku tagħha. Sabiex jilħaq qalb in-​nies, Ġesù staqsa mistoqsijiet, ta widen, u spjega l-​Iskrittura. Sabiex tilħaq qalb uliedek, int tistaʼ timita l-​mod taʼ kif Ġesù għallem.—Aqra Luqa 24:15-​19, 27, 32.

Flimkien maʼ dan, rakkonti mill-​Bibbja taʼ kif Alla ttratta man-​nies jistgħu jgħinu lit-​tfal ikunu jafu u jħobbu lil Alla. Pubblikazzjonijiet imħejjijin għal dan l-​iskop huma disponibbli fuq www.jw.org/mt.—Aqra t-​2 Timotju 3:16.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 14 tal-​ktieb, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Disponibbli fuq www.jw.org/mt, jew ibgħat għal kopja b’xejn f’wieħed mill-​indirizzi f’paġna 2

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja