It-Tbatija Qatt Se Tintemm?
Taħseb li . . .
iva?
le?
forsi?
X’TGĦID IL-BIBBJA?
“Alla . . . jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom: ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija.”—Apokalissi 21:3, 4, Il-Bibbja tal-Għaqda Biblika Maltija.
X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?
Assiguranza li Alla ma jikkaġunax il-problemi tagħna.—Ġakbu 1:13.
Faraġ mill-fatt li nafu li Alla jħoss għalina meta nbatu.—Żakkarija 2:8.
Tama li t-tbatija kollha żgur se tintemm.—Salm 37:9-11.
NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-BIBBJA?
Iva, minn tal-inqas għal żewġ raġunijiet:
Alla jobgħod it-tbatija u l-inġustizzja. Ikkunsidra kif Alla Ġeħova ħassu meta l-poplu tiegħu fi żminijiet Bibliċi ġew trattati bi krudeltà. Il-Bibbja tgħid li hu kien imnikket minħabba “dawk li kienu qed jaħqruhom.”—Imħallfin 2:18, Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida.
Alla xejn ma jieħu gost b’dawk li jagħmlu ħsara lil oħrajn. Pereżempju, il-Bibbja tgħid li hu jistkerrah l-“idejn li qed ixerrdu demm innoċenti.”—Proverbji 6:16, 17.
Alla jimpurtah minna individwalment. Mhux biss kull wieħed jaf “il-kastig tiegħu u l-uġigħ tiegħu,” imma anki Ġeħova jafu dan!—2 Kronaki 6:29, 30.
Permezz tas-Saltna tiegħu, Ġeħova dalwaqt se jtemm it-tbatija taʼ kull individwu. (Mattew 6:9, 10) Sadanittant, hu jfarraġ b’tenerezza lil dawk li sinċerament qed ifittxuh.—Atti 17:27; 2 Korintin 1:3, 4.
AĦSEB DWAR DAN
Alla għala jippermetti t-tbatija?
Il-Bibbja twieġeb din il-mistoqsija f’RUMANI 5:12 u t-2 PIETRU 3:9.