Jistgħu l-Mejtin Verament Jerġgħu Jgħixu?
Taħseb li . . .
iva?
le?
forsi?
X’TGĦID IL-BIBBJA?
“Se jkun hemm irxoxt.”—Atti 24:15, Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida.
X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?
Faraġ meta jmut xi ħadd għażiż għalik.—2 Korintin 1:3, 4.
Ħelsien mill-biżaʼ tal-mewt.—Ebrej 2:15.
Tama vera li terġaʼ tingħaqad mal-għeżież mejtin tiegħek. —Ġwanni 5:28, 29.
NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-BIBBJA?
Iva, minn tal-inqas għal tliet raġunijiet:
Alla hu l-Ħallieq tal-ħajja. Il-Bibbja ssejjaħ lil Alla Ġeħova “s-sors tal-ħajja.” (Salm 36:9; Atti 17:24, 25) Il-Wieħed li ta l-ħajja lill-ħlejjaq ħajjin kollha ċertament li hu kapaċi jagħti lura l-ħajja lil dawk li mietu.
Alla rxoxta lil xi bnedmin fil-passat. Il-Bibbja ssemmi tmien każijiet taʼ bnedmin—żgħar, kbar, irġiel u nisa—li ngħataw lura l-ħajja fuq l-art. Xi wħud ma tantx kienu ilhom mejtin, imma wieħed minnhom kien ilu fil-qabar erbat ijiem!—Ġwanni 11:39-44.
Alla hu ħerqan biex jerġaʼ jirxoxta lin-nies. Ġeħova jobgħod il-mewt; hu jqisha bħala għadu. (1 Korintin 15:26) Hu jixxennaq biex jirbaħ lil dan l-għadu u jelimina l-mewt permezz tal-irxoxt. Hu jixxennaq ukoll biex iġib lura lil dawk li qegħdin fil-memorja tiegħu u biex jerġaʼ jarahom ħajjin fuq l-art.—Ġob 14:14, 15.