LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 7/1 pp. 8-9
  • Ansjetà dwar il-periklu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ansjetà dwar il-periklu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​IMPORTANZA TAT-​TALB
  • IT-​TAMA TAGĦNA GĦALL-​FUTUR
  • Ansjetajiet kullimkien!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Itfaʼ l-Anzjetà Kollha Tiegħek fuq Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Kif nistaʼ nkampa mal-ansjetà?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 7/1 pp. 8-9

SUĠĠETT PRINĊIPALI | KIF TITTRATTA MAL-ANSJETÀ

Ansjetà Dwar Il-periklu

“Meta nismaʼ s-​sirena, qalbi tibda tħabbat sitta sitta u naħrab niġri għal ġox-​xelter,” tgħid Alona. “Imma anki hemm inħossni ansjuża. Inkun agħar meta nkun barra u ma jkunx hemm fejn tistaħba. Darba, waqt li kont miexja fit-​triq, bdejt nibki u ma stajtx nieħu n-​nifs. Domt sigħat sħaħ biex nikkalma. Imbagħad reġgħet bdiet iddoqq is-​sirena.”

Alona ansjuża dwar il-periklu taʼ li tisplodi xi bomba

Alona

Il-​gwerra hi biss waħda minn ħafna sorsi taʼ periklu. Pereżempju, meta tiskopri li int jew xi ħadd li tħobb għandu marda li theddidlu ħajtu, tistaʼ tħossok bħallikieku ntlaqatt b’bomba. U għal oħrajn, il-​biżaʼ mill-​futur jistaʼ joħloq l-​ansjetà. Huma jitħassbu, ‘Tgħid uliedna jew uliedhom se jkollhom jgħixu f’dinja bil-​gwerer, kriminalità, tinġis, bdil fil-​klima, u epidemiji?’ Kif nistgħu nittrattaw m’ansjetajiet bħal dawn?

Li jkun jaf li jiġru affarijiet ħżiena, ‘min hu prudenti jara l-​gwaj u jinħeba.’ (Proverbji 27:12) U eżatt bħalma nistgħu nipprovaw nipproteġu l-​benesseri fiżiku tagħna, nistgħu nieħdu passi biex nipproteġu s-​saħħa mentali u emozzjonali tagħna. Divertiment vjolenti u anki rapporti tal-​aħbarijiet mimlijin xeni li jkexkxu jżidu mal-​ansjetà tagħna u maʼ dik taʼ wliedna. Biex tevita li tkun espost bla bżonn għal dawn l-​affarijiet ma jfissirx li nkunu qed ninjoraw ir-​realtà. Alla ma ddisinjax moħħna biex naħsbu fuq il-​ħażen. Pjuttost, għandna nimlew moħħna b’“kulma hu veru, . . . ġust, . . . safi, . . . iqanqal l-​imħabba.” Jekk nagħmlu dan, “l-​Alla tal-​paċi” se jagħtina l-​paċi tal-​moħħ u tal-​qalb.—Filippin 4:8, 9.

L-​IMPORTANZA TAT-​TALB

Il-​fidi vera tgħinna nittrattaw mal-​ansjetà. Il-​Bibbja tħeġġiġna biex ‘noqogħdu attenti u ma nittraskurawx it-​talb.’ (1 Pietru 4:7) Nistgħu nitolbu lil Alla għall-​għajnuna u għall-​għerf u l-​kuraġġ biex nagħmlu mill-​aħjar fis-​sitwazzjoni li nkunu fiha, fiduċjużi li “jismagħna f’kulma qed nitolbuh.”—1 Ġwanni 5:15.

Avi u Alona jitolbu ’l Alla għall-għajnuna

Maʼ żewġha, Avi

Il-​Bibbja tispjega li Satana, u mhux Alla, hu “l-​ħakkiem taʼ din id-​dinja” u li “d-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​Ħażin.” (Ġwanni 12:31; 1 Ġwanni 5:19) Għalhekk, Ġesù ma użax sempliċement lingwa figurattiva meta għallimna nitolbu: “Eħlisna mill-​Ħażin.” (Mattew 6:13) “Kull meta tibda ddoqq is-​sirena, nitlob lil Ġeħova jgħinni nikkontrolla s-​sentimenti tiegħi,” tgħid Alona. “Ukoll, il-​maħbub żewġi jċempilli u jitlob miegħi. It-​talb veru jgħin.” Hu kif tgħid il-​Bibbja: “Ġeħova hu qrib dawk kollha li jsejħulu, dawk kollha li jsejħulu bil-​verità.”—Salm 145:18.

IT-​TAMA TAGĦNA GĦALL-​FUTUR

Fil-​Prietka taʼ fuq il-​Muntanja, Ġesù għallem lis-​segwaċi tiegħu jitolbu: “Ħa tiġi saltnatek.” (Mattew 6:10) Is-​Saltna t’Alla se teqred għal dejjem l-​ansjetà kollha li tagħmel il-​ħsara. Permezz taʼ Ġesù, il-​“Prinċep tal-​Paċi,” Alla se “jwaqqaf il-​gwerer sa tarf l-​art.” (Isaija 9:6; Salm 46:9) “Hu [Alla] jagħmel il-​ħaqq fost ħafna popli . . . Ma jerfgħux is-​sejf, ġens kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-​gwerra. . . . Ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.” (Mikea 4:3, 4) Familji ferħanin “se jibnu djar u jgħammru fihom; u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jieklu frotthom.” (Isaija 65:21) “U ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’”—Isaija 33:24.

Illum, minkejja l-​prekawzjonijiet kollha, mhux dejjem possibbli li tipprevieni “ġrajjiet mhux mistennijin” jew li tevita li tkun fil-​post il-​ħażin fil-​ħin il-​ħażin. (Ekkleżjasti 9:11) Il-​gwerer, il-​vjolenza, u l-​mard ikomplu joqtlu lil nies tajbin, kif ilhom jagħmlu għal sekli sħaħ. X’tama għandhom dawk il-​vittmi innoċenti?

Miljuni bla għadd, li n-​numru tagħhom magħruf biss minn Alla, se jerġgħu jgħixu. Għalissa, huma reqdin, fis-​sigurtà tal-​memorja perfetta t’Alla, sal-​jum li “dawk kollha li qegħdin fl-​oqbra tat-​tifkira [se] . . . joħorġu.” (Ġwanni 5:28, 29) Meta titkellem dwar l-​irxoxt, il-​Bibbja tassigurana: “Din it-​tama li għandna hi bħal ankra għal ruħna, żgura u soda.” (Ebrej 6:19) U Alla “ta garanzija lill-​bnedmin kollha billi rxoxtah [lil Ġesù] mill-​imwiet.”—Atti 17:31.

Għalissa, anki dawk li qed jipprovaw jogħġbu lil Alla se jiffaċċjaw l-​ansjetajiet. Billi Paul, Janet, u Alona ħadu passi prattiċi, resqu eqreb lejn Alla permezz tat-​talb, u bnew il-​fidi fit-​tama tal-​Bibbja għall-​futur, huma kollha qed jirnexxilhom jittrattaw mal-​ansjetà b’suċċess. Bħalma għamel fil-​każ tagħhom, jalla “l-​Alla li jagħti t-​tama jimliekom b’kull ferħ u paċi talli temmnu.”—Rumani 15:13.

Xi ngħidu dwar għajnuna professjonali?

Jekk wara li tkun ħadt passi prattiċi ssib li l-​ansjetà tkompli tfixkillek il-​ħajja tiegħek taʼ kuljum, għandu mnejn tkun trid tkellem tabib. Meta l-​ansjetà tikber iżżejjed meta mqabbla mal-​problema jew l-​istress li persuna tkun qed tesperjenza, dan jistaʼ jindika problema iżjed serja. It-​tabib tiegħek jistaʼ jibda b’vista ġenerali, ladarba l-​ansjetà kultant tirriżulta minn kundizzjoni medika moħbija. Minn hemm, it-​tabib jistaʼ jgħinek tiddeċiedi dwar kura oħra.a

a Din ir-​rivista ma tappoġġa l-​ebda kura medika partikulari. Il-​Kristjani għandhom ikunu żguri li kwalunkwe kura li jieħdu ma tkunx f’konflitt mal-​prinċipji tal-​Bibbja. Ara wkoll l-​artiklu “Kif tgħin lil dawk li jbatu bl-​ansjetà,” fil-​ħarġa taʼ Stenbaħ! taʼ April 2012, disponibbli onlajn f’www.jw.org/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja