LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 7/1 p. 16
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Min verament jaħkem din id-dinja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • It-Tajjeb Qatt se Jikkonkwista lill-Ħażin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • It-Tajjeb Kontra l-Ħażin—Battalja Dejjiema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 7/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Minn fejn jiġi l-​ħażen?

Ġesù jirrifjuta l-offerta tax-Xitan għas-saltniet kollha tal-dinja

Min ipprova jġiegħel lil Ġesù jagħmel xi ħaġa ħażina?—Mattew 4:8-10

Normalment, in-​nies iridu jkunu paċifiċi, onesti, u qalbhom tajba. Mela, għala spiss naraw il-​vjolenza, l-​inġustizzja, u l-​krudeltà? Aħbarijiet li jkexkxu huma komuni. Hemm xi ħadd li qed jipprova jġiegħel lin-​nies jaġixxu ħażin?—Aqra l-​1 Ġwanni 5:19.

Għamel Alla lill-​bnedmin b’tendenza għall-​ħażen? Le, Alla Ġeħova ħalaq lill-​bnedmin fix-​xbieha tiegħu, b’tendenza li jimitaw l-​imħabba t’Alla. (Ġenesi 1:27; Ġob 34:10) Iżda wkoll, Alla ta dinjità lill-​bnedmin billi tahom rieda ħielsa. Meta l-​ewwel ġenituri tagħna għażlu li jaġixxu ħażin, huma ċaħdu l-​eżempju t’Alla u saru imperfetti. Aħna writna t-​tendenza għall-​ħażen mingħandhom.—Aqra Dewteronomju 32:4, 5.

Dejjem se jkollna l-​ħażen magħna?

Alla jridna nirreżistu t-​tendenzi ħżiena tagħna. (Proverbji 27:11) Għalhekk jgħallimna kif nevitaw li nagħmlu dak li hu ħażin u kif insibu ferħ veru. Iżda fil-​preżent ma nistgħux nimitaw l-​imħabba t’Alla perfettament.—Aqra Salm 32:8.

Għalkemm issa kullimkien miżgħud bil-​ħażen, Alla qed jippermettih għal żmien limitat biex jagħti ċans lil kulħadd jara l-​konsegwenzi taʼ niket li jġib. (2 Pietru 3:7-​9) Madankollu, dalwaqt l-​art se tkun mimlija b’nies ferħanin li jobdu lil Alla.—Aqra Salm 37:9-11.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 3 taʼ dan il-​ktieb, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Disponibbli wkoll f’www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja