LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp16 Nru. 4 pp. 14-15
  • L-iżjed paragun utli li qatt tistaʼ tagħmel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-iżjed paragun utli li qatt tistaʼ tagħmel
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • KIF INQABBLU T-​TWEMMIN TAGĦNA MAL-​BIBBJA
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Min Imur Fis-Sema, u Għala?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
wp16 Nru. 4 pp. 14-15

L-​iżjed paragun utli li qatt tistaʼ tagħmel

TQIS lilek innifsek bħala Kristjan? Jekk inhu hekk, int qiegħed fost iktar minn żewġ biljun individwu fuq l-​art—kważi wieħed minn kull tlieta—li jgħidu li huma segwaċi taʼ Kristu. Illum, hemm eluf taʼ denominazzjonijiet li jissejħu Kristjani, madankollu, huma maqsumin minħabba twemmin li ma jaqbilx m’ieħor u opinjonijiet differenti. Allura t-​twemmin tiegħek jistaʼ jkun differenti ħafna minn taʼ oħrajn li jgħidu li huma Kristjani. Tassew jimporta x’temmen? Iva, jimporta—jekk trid tipprattika l-​Kristjanità mgħallma fil-​Bibbja stess.

L-​ewwel segwaċi taʼ Ġesù Kristu saru magħrufin bħala “Kristjani.” (Atti 11:26) Ma kienx hemm bżonn ismijiet oħra biex jiġu identifikati, ladarba fidi Kristjana waħda biss eżistiet. Il-​Kristjani bħala grupp segwew it-​tagħlim u l-​istruzzjonijiet tal-​Fundatur tal-​Kristjanità, Ġesù Kristu. X’tistaʼ tgħid dwar ir-​reliġjon tiegħek? Temmen li hi tgħallem dak li għallem Kristu u dak li l-​ewwel segwaċi taʼ Kristu emmnu fih? Kif tistaʼ tkun taf fiċ-​ċert? Hemm mod wieħed biss—li tuża l-​Bibbja bħala gwida.

Ikkunsidra dan: Ġesù Kristu kellu rispett profond għall-​Iskrittura bħala l-​Kelma t’Alla. Ma approvax lil dawk li naqqsu mill-​importanza tat-​tagħlim Bibliku billi taw prijorità lit-​tradizzjonijiet magħmulin mill-​bniedem. (Marku 7:9-​13) Nistgħu nikkonkludu fiċ-​ċert li s-​segwaċi veri taʼ Ġesù kienu jibbażaw it-​twemmin tagħhom fuq il-​Bibbja. Allura kull Kristjan jagħmel sew li jistaqsi lilu nnifsu, ‘It-​tagħlim tar-​reliġjon tiegħi jaqbel mal-​Bibbja?ʼ Biex twieġeb din il-​mistoqsija, għala ma tqabbilx dak li tgħid ir-​reliġjon tiegħek maʼ dak li attwalment tgħid il-​Bibbja?

Ġesù qal li l-​qima tagħna lejn Alla għandha tkun ibbażata fuq il-​verità—il-​verità li tinsab fil-​Bibbja. (Ġwanni 4:24; 17:17) U l-​appostlu Pawlu qal li s-​salvazzjoni tagħna tiddependi milli ‘naslu għall-​għarfien eżatt.’ (1 Timotju 2:4) Allura hu vitali li t-​twemmin tagħna jkun ibbażat fuq verità eżatta tal-​Bibbja. Fil-​fatt, l-​istess salvazzjoni tagħna hi involuta!

KIF INQABBLU T-​TWEMMIN TAGĦNA MAL-​BIBBJA

Nistidnuk taqra s-​sitt mistoqsijiet li ġejjin u tinnota t-​tweġibiet tal-​Bibbja għal dawn il-​mistoqsijiet. Fittex fil-​Bibbja l-​versi li se jissemmew, u mmedita fuq it-​tweġibiet. Imbagħad saqsi lilek innifsek, ‘It-​tagħlim tar-​reliġjon tiegħi kif jitqabbel maʼ dak li tgħid il-​Bibbja?’

Dan il-​kwizz qasir jistaʼ jgħinek tagħmel l-​iżjed paragun utli li qatt tistaʼ tagħmel. Lest int li tqabbel tagħlim ieħor tar-​reliġjon tiegħek maʼ dak li tgħid il-​Bibbja? Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jgħinuk teżamina l-​verità ċara tal-​Bibbja. Għala ma tistaqsix lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova għal studju tal-​Bibbja b’xejn? Jew inkella tistaʼ żżur il-​Websajt tagħna, jw.org/mt.

1 MISTOQSIJA: Min hu Alla?

TWEĠIBA: Ġeħova, il-​Missier taʼ Ġesù, hu l-​Alla etern u l-​Ħallieq li jistaʼ kollox tal-​affarijiet kollha.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA:

“Aħna dejjem irroddu ħajr lil Alla, Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, meta nitolbu għalikom.”—Kolossin 1:3.

“Int jistħoqqlok, Ġeħova, Alla tagħna, li tirċievi l-​glorja u l-​unur u l-​qawwa, għax int ħlaqt l-​affarijiet kollha.”—Rivelazzjoni 4:11.

Ara wkoll Rumani 10:13; 1 Timotju 1:17.

2 MISTOQSIJA: Min hu Ġesù Kristu?

TWEĠIBA: Ġesù hu l-​ewwel Iben imwieled taʼ Alla. Ġesù ġie maħluq, u b’hekk kellu bidu. Ġesù hu sottomess lejn Alla u ubbidjenti għar-​rieda Tiegħu.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA:

“Il-​Missier akbar minni.”—Ġwanni 14:28.

“[Ġesù] hu x-​xbieha t’Alla li ma jidhirx, l-​ewwel imwieled mill-​ħolqien kollu.”—Kolossin 1:15.

Ara wkoll Mattew 26:39; 1 Korintin 15:28.

3 MISTOQSIJA: X’inhu l-​ispirtu qaddis?

TWEĠIBA: L-​ispirtu qaddis hu forza li Alla juża biex iwettaq ir-​rieda tiegħu. Mhuwiex persuna. In-​nies jistgħu jimtlew bl-​ispirtu qaddis u jiġu msaħħin minnu.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA:

“Malli Eliżabetta semgħet it-​tislima taʼ Marija, it-​tarbija f’ġufha qabżet; u Eliżabetta mtliet bl-​ispirtu qaddis.”—Luqa 1:41.

“Meta l-​ispirtu qaddis jiġi fuqkom tirċievu qawwa.”—Atti 1:8.

Ara wkoll Ġenesi 1:2; Atti 2:1-​4; 10:38.

4 MISTOQSIJA: X’inhi s-​Saltna t’Alla?

TWEĠIBA: Is-​Saltna t’Alla hi gvern fis-​sema. Ġesù hu s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla. Dalwaqt din is-​Saltna se ġġiegħel li ssir ir-​rieda t’Alla kullimkien fuq l-​art.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA:

“Is-​sebaʼ anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu. U fis-​sema kien hemm ilħna għoljin li bdew jgħidu: ‘Is-​saltna tad-​dinja saret is-​saltna tal-​Mulej tagħna u tal-​Kristu tiegħu, u hu jsaltan għal dejjem taʼ dejjem.’”—Rivelazzjoni 11:15.

Ara wkoll Danjel 2:44; Mattew 6:9, 10.

5 MISTOQSIJA: In-​nies tajbin kollha jmorru fis-​sema?

TWEĠIBA: Le. Grupp limitat taʼ bnedmin leali, imsejħin “merħla żgħira,” huma magħżulin minn Alla biex imorru s-​sema. Huma se jsaltnu maʼ Ġesù bħala slaten fuq l-​umanità.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA:

“Tibżgħux, merħla żgħira, għax Missierkom approva li jagħtikom is-​saltna.”—Luqa 12:32.

“Ikunu qassisin t’Alla u tal-​Kristu, u jsaltnu miegħu għall-​elf sena.”—Rivelazzjoni 20:6.

Ara wkoll Rivelazzjoni 14:1, 3.

6 MISTOQSIJA: X’inhi r-​rieda t’Alla għall-​art u għall-​bnedmin?

TWEĠIBA: Taħt is-​Saltna t’Alla, l-​art se ssir ġenna u bnedmin leali se jgawdu saħħa perfetta, paċi dejjiema, u ħajja bla tmiem.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA:

“Il-​ġwejdin se jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.”—Salm 37:10, 11.

“Jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ. L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”—Rivelazzjoni 21:3, 4.

Ara wkoll Salm 37:29; 2 Pietru 3:13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja