Introduzzjoni
INT X’TAĦSEB?
X’inhu l-aqwa rigal li qatt tana Alla?
Il-Bibbja tgħid: “Alla tant ħabb lid-dinja li ta l-Iben uniġenitu tiegħu.”—Ġwanni 3:16.
Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tiddiskuti għala Alla bagħat lil Ġesù fuq l-art biex imut għalina u kif nistgħu nuru apprezzament għal dan ir-rigal.