LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 2 pp. 4-5
  • Meta jseħħ diżastru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta jseħħ diżastru
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-​VERITÀ TAL-​BIBBJA TAGĦTINA TAMA
  • Preparat int?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Kif Tistaʼ Tkampa Meta Tħossok Ansjuż?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Itfaʼ l-Anzjetà Kollha Tiegħek fuq Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 2 pp. 4-5
Żewġt irġiel bilqiegħda qalb it-tifrik taʼ bini li ġġarraf

Meta jseħħ diżastru

“Għall-​ewwel konna ddisprati għalkollox. Kulma kellna nqered b’valanga tat-​tajn u bl-​għargħar.”—Andrew, Sierra Leone.

“Wara l-​uragan, morna lura d-​dar. Ma kien baqaʼ xejn. Konna xxokkjati. Binti ntefgħet għarkopptejha tibki.”—David, il-​Gżejjer Verġni.

JEKK int esperjenzajt xi diżastru, allura tistaʼ tifhem kif iħossuhom oħrajn li jgħaddu minn din l-​esperjenza kerha. Huma jkunu xxokkjati, ma jkunux iridu jemmnu, konfużi, ansjużi, u jkollhom ħolm ikrah. Uħud li jibqgħu ħajjin wara diżastru tant iħossuhom qalbhom maqtugħa u għajjenin li lanqas biss ikollhom ix-​xewqa li jippruvaw jirkupraw.

Jekk int tlift kulma kellek minħabba xi diżastru, anki int forsi tħoss li ma tiflaħx għal iktar stress u ansjetà. Jaf saħansitra jgħaddilek minn moħħok li l-​ħajja mhix taʼ min jgħixha. Però, il-​Bibbja tispjega li l-​ħajja hi taʼ min jgħixha u li int jistaʼ jkollok bażi soda biex tittama għall-​futur aħjar.

IL-​VERITÀ TAL-​BIBBJA TAGĦTINA TAMA

Ekkleżjasti 7:8 jgħid: “Aħjar it-​tmiem taʼ xi ħaġa milli l-​bidu tagħha.” Il-​ħajja tistaʼ tidher bla tama meta tipprova tibda tirkupra minn diżastru. Imma hekk kif bil-​mod il-​mod tibda taħdem iebes biex iġġib ħajtek lura għan-​normal, l-​affarijiet jistgħu jmorru għall-​aħjar.

Il-​Bibbja tbassar żmien meta “ma jinstemax iktar . . . il-​ħoss taʼ biki jew il-​ħoss t’għajat taʼ dwejjaq.” (Isaija 65:19) Dan se jseħħ meta l-​art tiġi trasformata f’ġenna taħt is-​Saltna t’Alla. (Salm 37:11, 29) Id-​diżastri se jkunu xi ħaġa tal-​passat. Kull memorja taʼ wġigħ u kull trawma se jitneħħew għal dejjem, għax Alla li Jistaʼ Kollox iwiegħed: “L-​affarijiet taʼ qabel ma jitfakkrux, u lanqas ma jweġġgħu l-​qalb.”—Isaija 65:17.

Aħseb ftit: Il-​Ħallieq għamel arranġament ‘sabiex jagħtik futur u tama’—ħajja fil-​paċi taħt it-​tmexxija perfetta t’Alla. (Ġeremija 29:11) Li tkun taf din il-​verità, jistaʼ verament jagħmel il-​ħajja taʼ min jgħixha? Sally, li ssemmiet fl-​ewwel artiklu, tgħid, “Li tiftakar fl-​affarijiet meraviljużi li se tagħmel is-​Saltna t’Alla għalina fil-​futur jistaʼ jgħinek biex tħalli l-​passat warajk u tkampa fis-​sitwazzjoni li tkun fiha.”

Għala ma titgħallimx iktar dwar x’se tagħmel dalwaqt is-​Saltna t’Alla għall-​bnedmin? Jekk tagħmel dan, tistaʼ tkun fiduċjuż li minkejja d-​diżastru li għaddejt minnu, il-​ħajja hi taʼ min jgħixha issa hekk kif tistenna b’ħerqa futur fejn mhux se jkun hemm iktar diżastri. Sadanittant, il-​Bibbja tagħti gwida prattika li tistaʼ tgħinek tkampa mal-​effetti taʼ wara diżastru. Ikkunsidra ftit eżempji.

Versi tal-​Bibbja li jistgħu jkunu t’għajnuna

Ħu l-​mistrieħ li għandek bżonn.

“Aħjar id mimlija bil-​mistrieħ milli tnejn mimlijin bix-​xogħol iebes u l-​ġiri wara r-​riħ.”—Ekkleżjasti 4:6.

L-​istudjużi jgħidu li meta xi ħadd jgħaddi minn trawma, iħossu agħar u jkollu iktar problemi emozzjonali jekk ma jorqodx biżżejjed. Għaldaqstant, ikun għaqli li tistrieħ biżżejjed.

Tkellem dwar dak li tħoss.

“L-​ansjetà f’qalb il-​bniedem ittaqqalha, imma l-​kelma t-​tajba tferraħha.”—Proverbji 12:25.

Iftaħ qalbek maʼ membru tal-​familja jew ħabib li tafda. Minbarra li joqogħdu jisimgħuk, membri tal-​familja jew ħbieb tal-​qalb jistgħu jinkuraġġuk u jagħtuk għajnuna prattika.a

Ħares ’il quddiem għal żmien aħjar.

“Hemm smewwiet ġodda u art ġdida li aħna qed nistennew skond il-​wegħda [t’Alla], u f’dawn tgħammar il-​ġustizzja.”—2 Pietru 3:13.

a Xi ħadd li jibqaʼ jħossu stressat jew iħoss ansjetà kbira għal ħafna żmien jaf ikollu bżonn trattament mediku.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja