LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 3 pp. 14-15
  • Hu possibbli li anki issa tkun ferħan!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hu possibbli li anki issa tkun ferħan!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ISSIB IL-KUNTENTIZZA
  • TKAMPA MAʼ SAĦĦA BATUTA
  • ISSAĦĦAĦ IŻ-​ŻWIEĠ
  • Ibni żwieġ b’saħħtu u ferħan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Żewġ Ċwievet Għal Żwieġ Dejjiemi
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Kif tirnexxi fiż-​żwieġ Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Tbissem Jagħmillek Tajjeb!
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 3 pp. 14-15
Xjentist li deher qabel u martu qed isajru flimkien

Hu possibbli li anki issa tkun ferħan!

XI DARBA l-​ħajja se tkun mingħajr l-​effetti koroh tal-​mard, ix-​xjuħija, u l-​mewt. Dan il-​futur mill-​isbaħ jistaʼ jkun tiegħek! Imma l-​ħajja llum għadha mimlija b’ħafna problemi u diffikultajiet. X’jistaʼ jgħinek biex xorta tkun ferħan? Il-​Bibbja toffri gwida li tistaʼ tgħinek biex tkun ferħan u sodisfatt anki issa. Ikkunsidra xi ftit mill-​isfidi tal-​ħajja u kif il-​Bibbja tistaʼ tgħinek.

ISSIB IL-KUNTENTIZZA

Il-​parir mill-​Bibbja: “Ħa jkun il-​mod kif tgħixu ħieles mill-​imħabba għall-​flus, waqt li tkunu kuntenti b’dak li għandkom fil-​preżent.”—Ebrej 13:5.

Illum, hemm ħafna affarijiet li n-​nies jgħidu li għandu jkollna. Iżda l-​Bibbja tgħid li nistgħu ‘nkunu kuntenti b’dak li għandna fil-​preżent.’ Kif?

Evita “l-​imħabba għall-​flus.” In-​nies jissagrifikaw is-​saħħa, il-​familja, il-​ħbieb, il-​valuri, u anke d-​dinjità tagħhom. Dan kollu għax għandhom “imħabba għall-​flus.” (1 Timotju 6:10) Xi prezz għoli qed iħallsu! Fl-​aħħar mill-​aħħar, xi ħadd li jħobb il-​flus qatt mhu se jkun sodisfatt b’dak li għandu.—Ekkleżjasti 5:10.

Għożż in-​nies u mhux l-​affarijiet. Veru li xi affarijiet jistgħu jkunu utli. Imma l-​affarijiet la jistgħu jħobbuna u lanqas jistgħu japprezzawna; in-​nies biss jistgħu jagħmlu dan. Li jkollok “ħabib veru” se jgħinek biex tkun ferħan.—Proverbji 17:17.

AĦNA NISTGĦU NKUNU FERĦANIN ANKI ISSA BILLI NIMXU FUQ IL-​GWIDA TAL-​BIBBJA

TKAMPA MAʼ SAĦĦA BATUTA

Il-​parir mill-​Bibbja: “Qalb ferriħija tajba biex tfejjaq.”—Proverbji 17:22.

Il-​ferħ jistaʼ jgħinna nissaportu l-​mard. Imma kif nistgħu nkunu ferħanin meta jkollna saħħa batuta?

Uri apprezzament. Jekk naħsbu biss fuq il-​problemi tagħna, ‘il-​jiem kollha’ se jidhru ħżiena. (Proverbji 15:15) Minflok, “uru li intom grati,” tgħid il-​Bibbja. (Kolossin 3:15) Tgħallem apprezza l-​affarijiet sbieħ tal-​ħajja, anke jekk ikunu żgħar. Inżul ix-​xemx, żiffa ħelwa, u t-​tbissima taʼ xi ħadd li tħobb jistgħu jagħmlu l-​ħajja ħafna iktar pjaċevoli.

Agħmel affarijiet għal oħrajn. Anke jekk m’għandekx saħħa tajba, “hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.” (Atti 20:35) Meta oħrajn japprezzaw l-​isforzi tagħna, inħossu sodisfazzjon, u dan jgħinna biex naljenaw rasna mill-​problemi tagħna. Aħna nistgħu ntejbu ħajjitna stess billi ngħinu lil oħrajn itejbu ħajjithom.

ISSAĦĦAĦ IŻ-​ŻWIEĠ

Il-​parir mill-​Bibbja: ‘Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.’—Filippin 1:10.

Koppji li ma tantx iqattgħu ħin flimkien jistgħu jagħmlu ħsara lir-​relazzjoni tagħhom billi jitbiegħdu minn xulxin. Għalhekk, l-​irġiel u n-​nisa miżżewġin ikunu għaqlin jekk jagħtu prijorità liż-​żwieġ tagħhom, li hu wieħed mill-​iktar affarijiet importanti f’ħajjithom.

Agħmlu affarijiet flimkien. Agħmlu pjanijiet biex tagħmlu affarijiet flimkien. Il-​Bibbja tgħid: “Tnejn aħjar minn wieħed.” (Ekkleżjasti 4:9) Flimkien tistgħu ssajru xi ikla, tagħmlu l-​eżerċizzju, tieħdu xi drink waqt li tirrilassaw, jew tagħmlu xi ħaġ’oħra.

Esprimi mħabbtek. Il-​Bibbja tinkuraġġixxi lil raġel u mara miżżewġin biex iħobbu u jirrispettaw lil xulxin. (Efesin 5:28, 33) Tbissima ħelwa, tgħanniqa mill-​qalb, jew rigal żgħir jistgħu jgħinu ħafna biex isaħħu ż-​żwieġ. Ovvjament, il-​miżżewġin għandhom iżommu l-​intimità sesswali bejniethom biss.—Ebrej 13:4.

“FL-​AĦĦAR SIBT SKOP F’ĦAJTI!”

—Irrakkontata minn Ryoko Miyamoto, il-​Ġappun.

Il-​ħajja kienet iebsa. Ir-​raġel tiegħi kien jabbuża mill-​alkoħol u minħabba f’hekk dejjem kien jitkeċċa mix-​xogħol. Hu ma riedx jieħu ħsieb lill-​erbat itfal tagħna. Minkejja li ħdimt fuq li ħdimt, l-​affarijiet ma kinux jidhru li qed jitjiebu. Kont naħseb, ‘Kien dan id-​destin tiegħi, jew kont jien qed niġi kkastigata għal xi dnubiet li kont għamilt f’xi ħajja oħra fil-​passat?’

Imbagħad, kien hemm Xhud taʼ Ġeħova li ġiet iżżurni d-​dar. Bi tbissima ħelwa, hi tkellmet b’entużjażmu dwar is-​Saltna t’Alla u l-​ħajja taʼ dejjem. Hi offrietli studju tal-​Bibbja. Malajr tgħallimt li Alla jeżisti u li hu għaref, ġust, u jħobb. Tgħallimt ukoll dwar il-​kundizzjoni tal-​mejtin u li t-​tbatija tiegħi ma kinitx minħabba d-​destin.

Fuq kollox, irrealizzajt li s-​sodisfazzjon veru fil-​ħajja hu bbażat fuq relazzjoni tajba m’Alla. Li sirt naf il-​veritajiet tal-​Bibbja tani inkuraġġiment, ħelsien, u serħan. Fl-​aħħar sibt skop f’ħajti!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja