LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 3 pp. 12-13
  • Kif jistaʼ jkollok ħajja aħjar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif jistaʼ jkollok ħajja aħjar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ALLA JWIEGĦED LI JBIDDEL IL-​ĦAJJA FUQ L-​ART GĦALL-​MOD KIF RIED LI TKUN
  • ĠESÙ WERA X’AFFARIJIET TAJBIN SE JAGĦMEL GĦALL-​BNEDMIN UBBIDJENTI
  • ISSIB IT-​TRIQ GĦAL ĦAJJA AĦJAR
  • ĦU L-​EWWEL PASS FIT-​TRIQ GĦALL-​ĦAJJA
  • Il-mod kif għandek tqim lil Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • X’se jagħmel Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Komplu “Isimgħu Minnu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Qima Approvata minn Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 3 pp. 12-13
Wieħed mix-xjentisti li deher qabel qed jaqra l-Bibbja

Kif jistaʼ jkollok ħajja aħjar?

IL-​ĦAJJA llum mhix il-​mod kif Alla xtaq li tkun. L-​art kellha tkun mimlija b’nies li jridu jiġu mmexxijin mill-​Ħallieq tagħna, jibbenefikaw mill-​gwida tiegħu, u jimitaw l-​imħabba u kwalitajiet sbieħ oħra tiegħu. Alla riedhom ikunu ferħanin u jikkooperaw maʼ xulxin hekk kif irabbu familji, jiskopru affarijiet ġodda, u jagħmlu l-​art kollha ġenna.

ALLA JWIEGĦED LI JBIDDEL IL-​ĦAJJA FUQ L-​ART GĦALL-​MOD KIF RIED LI TKUN

  • “Qed iwaqqaf il-​gwerer sa tarf l-​art.”—Salm 46:9.

  • “Wasal iż-​żmien stabbilit . . . biex teqred lil dawk li qed jeqirdu l-​art.”—Rivelazzjoni 11:18.

  • “Ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’”—Isaija 33:24.

  • “Il-​magħżulin tiegħi se jużaw [jew, se jgawdu] xogħol idejhom bis-​sħiħ.”—Isaija 65:22.

Dawn il-​profeziji kif se jitwettqu? Alla ħatar lil Ibnu, Ġesù, bħala Sultan perfett li se jsaltan mis-​sema għal fuq l-​art. Il-​Bibbja din is-​saltna ssejħilha s-​Saltna t’Alla. (Danjel 2:44) Dwar Ġesù, il-​Bibbja tgħid: ‘Alla Ġeħova jagħtih it-​tron u hu jsaltan.’—Luqa 1:32, 33.

Waqt li kien fuq l-​art, Ġesù għamel ħafna mirakli biex juri li bħala Mexxej hu se jagħmel il-​ħajja tal-​bnedmin ħafna aħjar mill-​ħajja li għandna issa.

ĠESÙ WERA X’AFFARIJIET TAJBIN SE JAGĦMEL GĦALL-​BNEDMIN UBBIDJENTI

  • Hu fejjaq kull tip taʼ mard, u b’hekk wera kif se jelimina l-​mard kollu tal-​bnedmin.—Mattew 9:35.

  • Hu kkalma l-​baħar, u dan juri kif se jipproteġi n-​nies billi jikkontrolla l-​forzi tan-​natura.—Marku 4:36-39.

  • Hu temaʼ eluf, u dan wera li lin-​nies se jipprovdilhom il-​bżonnijiet tal-​ħajja.—Marku 6:41-44.

  • Hu biddel l-​ilma fi nbid f’tieġ, u b’hekk ta prova li se jgħin lin-​nies igawdu l-​ħajja.—Ġwanni 2:7-11.

Kif jistaʼ jkollok it-​tip taʼ ħajja li qed jipprepara Alla għal dawk li jħobbuh? Hemm “triq” li għandek taqbad. Il-​Bibbja tiddeskriviha bħala “t-​triq li tieħu għall-​ħajja, u ftit huma dawk li jsibuha.”—Mattew 7:14.

ISSIB IT-​TRIQ GĦAL ĦAJJA AĦJAR

X’inhi t-​triq għall-​ħajja? Alla jgħid: “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-​ġid tiegħek, li mmexxik fit-​triq li għandek timxi.” (Isaija 48:17) Jekk issegwi dan il-​parir, ħajtek se titjieb.

Ġesù qal: “Jien it-​triq, il-​verità, u l-​ħajja.” (Ġwanni 14:6) Aħna nistgħu nersqu qrib t’Alla u jkollna ħajja aħjar billi nemmnu l-​veritajiet li għallem Ġesù u billi nimitaw l-​eżempju li ħalla.

Kif tistaʼ ssib it-​triq għall-​ħajja? Hemm ħafna reliġjonijiet, imma Ġesù wissa: “Mhux kulmin jgħidli, ‘Mulej, Mulej,’ jidħol fis-​saltna tas-​smewwiet, imma min jagħmel ir-​rieda taʼ Missieri li hu fis-​smewwiet.” (Mattew 7:21) Qal ukoll: “Mill-​frott tagħhom tagħrfuhom.” (Mattew 7:16) Il-​Bibbja tistaʼ tgħinek tagħraf il-​qima vera mill-​qima falza.—Ġwanni 17:17.

Kif tistaʼ tibda miexi fit-​triq għall-​ħajja? Dan jinvolvi li ssir taf lil Dak li ta l-​ħajja: Min hu? X’jismu? X’tip taʼ persuna hu? X’inhu jagħmel? Xi jridna nagħmlu?a

Ma kienx l-​iskop t’Alla li l-​bnedmin sempliċiment jaħdmu, jieklu, jilagħbu, u jrabbu familja. Aħna nistgħu nsiru nafu l-​Ħallieq tagħna u nsiru l-​ħbieb tiegħu. Nistgħu nuru li nħobbuh billi nagħmlu dak li jrid hu. Ġesù qal: “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru.”—Ġwanni 17:3.

PERMEZZ TAL-​BIBBJA, ALLA JGĦALLMEK “GĦALL-​ĠID TIEGĦEK.”—ISAIJA 48:17

ĦU L-​EWWEL PASS FIT-​TRIQ GĦALL-​ĦAJJA

Li nitgħallmu nogħġbu lill-​uniku Alla veru jistaʼ jirrikjedi li nagħmlu ċerti bidliet. Dan jistaʼ jidher taʼ sfida. Imma ħajjitna se titjieb meta nibdew nimxu fit-​triq għall-​ħajja. Biex jgħinuk issib it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet bażiċi dwar Alla, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova joffru kors taʼ studju tal-​Bibbja b’xejn f’ħin u post konvenjenti għalik. Tistaʼ tikkuntattjana permezz tal-​websajt tagħna www.jw.org.

a Ara It-​Torri tal-​Għassa, Nru. 1 2019.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja