LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w19 Novembru p. 31
  • Kont taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Materjal Simili
  • Ippjana bil-quddiem—Uża l-għaqal
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Int Prokuratur Fdat!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Kun dejjem għal-lest, prokuratur leali!
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Aħseb għall-Ġejjieni b’Għerf Prattiku
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
w19 Novembru p. 31
Prokuratur fl-Eġittu tal-qedem jieħu ħsieb l-attivitajiet tal-ħaddiema

Kont taf?

Fi żminijiet Bibliċi x’kien ix-​xogħol taʼ prokuratur?

FI ŻMINIJIET Bibliċi, prokuratur kien jieħu ħsieb id-​dar jew il-​propjetà taʼ xi ħadd ieħor. Bl-​Ebrajk u l-​Grieg, il-​kelma “prokuratur” ġieli tirreferi għal indokratur jew wieħed li jmexxi dar.

Meta Ġużeppi, it-​tifel taʼ Ġakobb, kien ilsir fl-​Eġittu, Ġużeppi sar il-​prokuratur li jieħu ħsieb id-​dar taʼ sidu. Fil-​fatt, sidu l-​Eġizzjan “ħalla kulma kellu f’idejn Ġużeppi.” (Ġen. 39:2-​6) Iktar tard, meta Ġużeppi stess sar mexxej importanti fl-​Eġittu, hu qabbad prokuratur jiħodlu ħsieb daru.—Ġen. 44:4.

Fi żmien Ġesù, dawk li kellhom artijiet spiss kienu jgħixu fi bliet ’il bogħod mill-​għelieqi tagħhom. Allura kienu jqabbdu prokuraturi biex jaraw u jmexxu x-​xogħol taʼ kuljum li l-​ħaddiema kienu jagħmlu f’dawn l-​għelieqi.

Min kien jikkwalifika biex ikun prokuratur? Il-​kittieb Ruman Columella tal-​ewwel seklu ta l-​parir li lsir li kien se jingħata l-​inkarigu taʼ prokuratur, jew taʼ indokratur, kellu jkun “xi ħadd tal-​esperjenza.” Kellu jkun individwu “kapaċi jmexxi mingħajr ma jkun laxk jew kattiv.” Hu żied: “Apparti minn dak li kien mitlub minnu, hu m’għandux jaħseb li jaf kollox, u għandu jkun lest li jitgħallem.”

Il-​Kelma t’Alla tuża l-​eżempju taʼ prokuratur u xogħlu biex tagħti stampa tal-​attivitajiet li jiġru f’kongregazzjoni Kristjana. Pereżempju, l-​appostlu Pietru jinkuraġġixxi lill-​Kristjani biex jużaw l-​abbiltajiet li tahom Alla “bħala prokuraturi mill-​aħjar tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla.”—1 Pt. 4:10.

Anke Ġesù uża l-​eżempju taʼ prokuratur fit-​tixbiha tiegħu mniżżla f’​Luqa 16:1-​8. Flimkien maʼ dan, fi profezija dwar meta hu kien se jsir Sultan, Ġesù aċċerta lis-​segwaċi tiegħu li hu kien se jaħtar “ilsir leali u għaqli,” jew “prokuratur leali.” L-​inkarigu prinċipali taʼ dan il-​prokuratur kien se jkun biex jipprovdi l-​ikel spiritwali b’mod regolari lis-​segwaċi taʼ Kristu matul iż-​żmien tat-​tmiem. (Mt. 24:45-47; Lq. 12:42) Kemm aħna grati li nistgħu nirċievu pubblikazzjonijiet li l-​prokuratur leali qed jipprepara u jagħmel disponibbli madwar id-​dinja! Dawn verament iqawwulna l-​fidi tagħna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja