LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/97 p. 1
  • Int Kif Tirreaġixxi Għall-Apatija?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Kif Tirreaġixxi Għall-Apatija?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • “M’Iniex Interessat”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Introduzzjoni li Tqajjem Interess
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kompli Ibni Fuq L-Interess Fl-Aħbar Tas-Saltna
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Ikkultiva Interess Fil-Ktieb Tgħix Għal Dejjem
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 10/97 p. 1

Int Kif Tirreaġixxi Għall-​Apatija?

1 L-​apatija hija nuqqas taʼ sentiment jew emozzjoni, mingħajr ebda interess jew tħassib. Hija waħda mill-​attitudnijiet l-​iktar komuni u l-​iktar diffiċli li niltaqgħu magħhom fil-​ministeru. Int kif tirreaġixxi għaliha? Ġagħlitek tbatti fil-​ministeru tiegħek? Kif tistaʼ tegħlibha sabiex tilħaq lin-​nies bil-​messaġġ tas-​Saltna?

2 L-​ewwel, sir af għala n-​nies fit-​territorju tiegħek huma apatetiċi. Huwa dan għax huma ddiżappuntati bil-​mexxejja politiċi u reliġjużi tagħhom? Iħossuhom li m’hemm ebda soluzzjoni għall-​problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom? Huma xettiċi dwar wegħdi taʼ xi ħaġa aħjar? M’humiex lesti li jaħsbu dwar affarijiet spiritwali jekk qabel ma jarawx xi benefiċċji immedjati u tanġibbli?

3 Enfasizza T-​Tama Tas-​Saltna: M’hemm l-​ebda problema li s-​Saltna m’hijiex se ssolvi. Għalhekk, kulmeta nistgħu, għandna nitkellmu dwar wegħdi tas-​Saltna, billi nirreferu għal stqarrijiet Skritturali prinċipali, anki jekk ma jkunx possibbli jew prattiku li naqraw xi vers mill-​Bibbja. (Lhud 4:​12) Madankollu, kif nistgħu nwasslu l-​konversazzjoni sa dak il-​punt?

4 In-​nies għandhom bżonn jifhmu x’inhu l-​għan taż-​żjara tagħna. Jeħtieġ jirrealizzaw li aħna qegħdin hemm sforz l-​imħabba tagħna lejn il-​proxxmu u t-​tħassib lejn il-​komunità. Nistgħu nistaqsuhom xi mistoqsija maħsuba tajjeb, bħal per eżempju: “X’taħseb int li hija s-​soluzzjoni għal [xi problema li qiegħda teffettwa lill-​komunità]?” Jekk mod wieħed ma jaħdimx, ipprova xi mod ieħor.

5 F’wieħed mit-​territorji fejn joqogħdu nies sinjuri u fejn l-​inkwilini kienu indifferenti lejn il-​messaġġ tas-​Saltna, xi pubblikaturi stinkaw biex isibu introduzzjoni li kienet se tqajjem l-​interess. Meta kien qed jiġi offrut il-​ktieb Għarfien, koppja miżżewġa pprovat din l-​introduzzjoni: “Tħoss int li edukazzjoni tajba hija importanti biex wieħed ikollu suċċess fid-​dinja tal-​lum? Taqbel li edukazzjoni komprensiva trid tkun tinkludi għarfien tal-​Bibbja?” F’nofs taʼ nhar huma qassmu tliet kotba, u wieħed minnhom kien maʼ mara li iktar tard qalet li qrat il-​ktieb Għarfien kollu u aċċettat studju tal-​Bibbja.

6 Meta tiltaqaʼ maʼ l-​apatija, ipprova metodi differenti, staqsi mistoqsijiet li jqanqlu l-​ħsieb, u agħmel użu mill-​qawwa tal-​Kelma t’Alla. B’hekk int tkun tistaʼ tgħin lil oħrajn iħaddnu t-​tama meraviljuża tas-​Saltna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja