Kompli Ibni Fuq L-Interess Fl-Aħbar Tas-Saltna
1 Matul Dawn L-aħħar Ftit Ġimgħat, Konna Qed Ingawdu L-privileġġ Li Nqassmu L-aħbar Tas-saltna Nru. 35, Intitolata “In-nies Kollha Qatt Se Jħobbu Lil Xulxin?” Maʼ Kullimkien Il-pubblikaturi Qed Jistinkaw Biex Jilħqu Lil Kemm Jistaʼ Jkun Uħud Denji b’din Il-ħarġa Taʼ L-aħbar Tas-saltna. (Mt. 10:11) Għalkemm Il-kampanja Suppost Li Tintemm Nhar Il-ħadd, 16 Taʼ Novembru, Jekk Ikun Għad Baqaʼ Iktar Territorju X’jinħadem, L-anzjani Jistgħu Jitolbukom Biex Tkomplu Tqassmu L-aħbar Tas-saltna Nru. 35 Sakemm Isservi L-provista Tal-kongregazzjoni.
2 Din Il-ħarġa Taʼ L-aħbar Tas-saltna Qanqlet L-interess Taʼ Ħafna Nies. Huma Jaraw Li L-biċċa L-kbira Tal-bnedmin Tilfu L-affezzjoni Naturali Tagħhom U B’hekk Jitħassbu Dwar X’hemm Merfugħ Għall-futur. (2 Tim. 3:3) Aħna Rridu Nibnu Fuq L-interess Li Jkun Inħalaq.
3 L-Aħbar Tas-Saltna Tikseb Riżultati: Matul il-kampanja taʼ l-1995 bl-Aħbar Tas-Saltna, waħda mara li rċeviet kopja attendiet laqgħa fis-Sala tas-Saltna għax riedet tkun taf iktar dwar x’jemmnu x-Xhieda taʼ Jehovah. F’dik il-laqgħa aċċettat bil-qalb studju tal-Bibbja u minn dak inhar ’l hawn rari tilfet laqgħa waħda. Ma damitx ma kitbet lill-knisja li qabel kienet tagħmel parti minnha, u neħħiet isimha!
4 S’issa, hemm mijiet taʼ nies fit-territorju li qraw il-messaġġ fl-Aħbar Tas-Saltna Nru. 35. Imma x’kienet ir-reazzjoni tagħhom għalih? Saħansitra jekk dawn baqgħu impressjonati b’dak li qraw, il-biċċa l-kbira minnhom m’humiex se jieħdu azzjoni qabel ma jerġaʼ jżurhom wieħed mix-Xhieda taʼ Jehovah. Qiegħed int tippjana li terġaʼ tmur? Tħassib b’imħabba lejn il-proxxmu tagħna għandu jqanqalna biex nagħmlu hekk. Għandha terġaʼ ssir żjara lil kulmin wera interess fl-Aħbar Tas-Saltna.
5 X’Se Tgħid Meta Tirritorna? Tistaʼ tagħmel xi ftit kummenti dwar kemm huwa f’waqtu l-messaġġ fl-Aħbar Tas-Saltna u mbagħad tistaqsi xi mistoqsija li tqanqal il-ħsieb. Agħti widen bir-reqqa hekk kif l-inkwilin jesprimi ruħu sabiex tkun tistaʼ ssir taf x’għandu f’moħħu. Imbagħad iġbed l-attenzjoni lejn xi punt addattat fil-brochure X’Jirrikjedi, li jissemma fl-Aħbar Tas-Saltna. Jekk tikseb reazzjoni favorevoli, ipprova ibda studju tal-Bibbja dak il-ħin stess.
6 Hawn huma xi suġġerimenti taʼ preżentazzjonijiet li tistaʼ tipprova meta terġaʼ żżur lil dawk li jkunu wrew interess fl-“Aħbar Tas-Saltna” Nru. 35:
◼ “Għandek mnejn tiftakar l-informazzjoni stampata li ħallejtlek dan l-aħħar. Il-messaġġ jittratta kwistjoni vitali li qed tifred lill-umanità llum—in-nuqqas taʼ mħabba lejn oħrajn.” Iġbed l-attenzjoni lejn l-evidenza ppreżentata f’paġna 2 taʼ l-Aħbar Tas-Saltna taħt is-sottitlu “L-Imħabba Lejn Il-Proxxmu Birdet.” Imbagħad staqsi, “Taħseb int li huwa l-iskop t’Alla li l-bnedmin jgħixu b’dan il-mod?” Ħalli ħin għal tweġiba. Mur f’lezzjoni 5 fil-brochure X’Jirrikjedi, u ipprova ibda studju tal-Bibbja.
◼ “Meta ltqajna l-ewwel darba, ħallejtlek xi informazzjoni fuq is-suġġett ‘In-Nies Kollha Qatt Se Jħobbu Lil Xulxin?’ Taħseb int li dinja bħal din hija possibbli?” Ħalli ħin għal tweġiba. Mur f’lezzjoni 6 fil-brochure X’Jirrikjedi, u aqra paragrafu 6. Imbagħad aqra l-wegħda t’Alla f’Mikea 4:3, 4. Jekk l-inkwilin juri interess, offrilu l-brochure u studju.
◼ “L-aħħar li żortok, ħallejtlek xi materjal intitolat ‘In-Nies Kollha Qatt Se Jħobbu Lil Xulxin?’ Dan kien fih offerta taʼ studju tal-Bibbja b’xejn fid-dar. Erġajt ġejt biex nurik il-ktieb li nużaw għall-istudju. [Urih il-ktieb Għarfien.] Dan il-ktieb jispjega ċar meta n-nies kollha se jkunu jħobbu lil xulxin, u jwieġeb mistoqsijiet oħrajn li forsi taħseb dwarhom: Għala nixjieħu u mmutu? Alla għala jippermetti s-sofferenza? X’jiġrilhom il-maħbubin mejtin tagħna?” Imbagħad staqsi, “Nistaʼ nurik kif isir il-kors taʼ studju?” Jekk l-inkwilin jirrifjuta l-offerta tiegħek, staqsih jekk jixtieqx jaqra l-ktieb waħdu. Jekk jixtieq, ħallilu kopja u jekk l-inkwilin jistaqsi dwar il-ħlas, spjega li x-xogħol dinji tagħna t’edukazzjoni Biblika huwa megħjun minn donazzjonijiet volontarji. Ippjana li terġaʼ tmur.
7 Ladarba t-territorju jkun inħadem bir-reqqa bl-Aħbar Tas-Saltna Nru. 35, nistgħu noffru l-ktieb Għarfien matul il-bqija tax-xahar. Għażla adegwata taʼ preżentazzjonijiet issuġġeriti għal dan il-ktieb tistaʼ tinstab fl-aħħar paġna taʼ Il-Ministeru Tas-Saltna fil-ħarġa bl-Ingliż taʼ Diċembru 1995; u fil-ħarġiet bil-Malti taʼ Marzu, Ġunju, u Novembru 1996; u taʼ Ġunju 1997.
8 Dan it-tqassim speċjali taʼ l-Aħbar Tas-Saltna għandu jqanqalna lkoll biex nintensifikaw l-isforzi tagħna fix-xogħol taʼ l-ippridkar. Bil-għajnuna taʼ Jehovah nistgħu nkunu fiduċjużi li din il-kampanja żgur se tkun taʼ suċċess, billi tgħin lin-nies jaraw l-iskop t’Alla li l-bnedmin kollha għandhom iħobbu lil xulxin. Jalla Jehovah jkompli jbierek l-isforzi ħabrieka tagħna hekk kif nibnu fuq l-interess muri fl-Aħbar Tas-Saltna.