LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/99 p. 1
  • “Ilbsu l-Bniedem il-Ġdid”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ilbsu l-Bniedem il-Ġdid”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • “Ibqgħu Imxu Bħala Tfal tad-Dawl”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Wara l-Magħmudija Ara li Tibqaʼ Tilbes “il-Personalità l-Ġdida”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Int Tistaʼ ‘Tinżaʼ l-Personalità l-Qadima’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • “Il-Kelma t’Alla hi Ħajja u Teżerċita Qawwa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 2/99 p. 1

“Ilbsu l-​Bniedem il-​Ġdid”

1 Il-​Kristjani japprezzawh il-​fatt li jafu l-​verità! Tgħallimna kif ngħixu sabiex nevitaw il-​korsa tan-​nies tad-​dinja. Dawn huma ‘maqtugħin mill-​ħajja t’Alla,’ u b’hekk “il-​fehma tagħhom hi mdallma.” (Efes. 4:18) Aħna tgħallimna kif inġeddu mħuħna mill-​mod taʼ ħsieb dinji billi nżajna l-​personalità l-​qadima u lbisna l-​ġdida.​—Efes. 4:​22-24.

2 Il-​personalità l-​qadima twassal għal korsa taʼ degradazzjoni morali li kontinwament tkompli nieżla ’l isfel u li tirriżulta f’tinġis u mewt. Għalhekk, aħna nitolbu bil-​ħerqa lil dawk kollha li jridu jagħtu widen għall-​messaġġ tas-​Saltna biex iwarrbu kull korla, għadab, ħażen, diskors abbużiv, u kliem oxxen. Dawk li jixtiequ l-​favur t’Alla għandhom iwarrbu l-​personalità l-​qadima darba għal dejjem u kompletament​—bl-​istess mod kif jinżgħu xi libsa maħmuġa.​—Kol. 3:​8, 9.

3 Forza Ġdida li Tħaddem lill-​Moħħ: Biex nilbsu l-​personalità l-​ġdida rridu nġeddu l-​forza li tħaddem lil imħuħna. (Efes. 4:23) Wieħed kif jistaʼ jġeddidha dik il-​forza, jew id-​dispożizzjoni mentali, sabiex jixxaqleb lejn id-​direzzjoni t-​tajba? Dan isir bi studju regulari u bir-​reqqa tal-​Kelma t’Alla u bil-​meditazzjoni fuq dak li tfisser. Imbagħad, jiżviluppa mudell ġdid taʼ ħsieb, u l-​individwu jara l-​affarijiet mill-​ħarsa t’Alla u taʼ Kristu. Il-​ħajja taʼ dak li jkun tittrasforma hekk kif ixidd għadd taʼ kwalitajiet bħal taʼ Kristu, inkluż il-​mogħdrija, il-​qalb tajba, l-​umiltà, il-​ħlewwa, is-​sabar fit-​tul, u l-​imħabba.​—Kol. 3:​10, 12-14.

4 Billi nilbsu l-​personalità l-​ġdida, aħna ma nkunux parti mid-​dinja. Il-​mod taʼ ħajja tagħna jagħmilna differenti. Nitkellmu l-​verità u nużaw diskors edifikanti biex nibnu lil ħaddieħor. Nikkontrollaw l-​għadab, l-​imrar, it-​twerżiq, it-​tagħjir, u l-​ħażen kollu u nibdluhom maʼ kwalitajiet taʼ tjieba u divini. Nagħmlu iżjed minn dak li normalment jintalab minna biex naħfru. Dan kollu nagħmluh minn qalbna għax irridu.​—Efes. 4:​25-32.

5 Qatt tinżaʼ l-​personalità l-​ġdida. Ma nistgħux naqdu lil Jehovah b’mod aċċettabbli mingħajrha. Ħalliha tgħinek tiġbed lin-​nies lejn il-​verità, u ħalliha tigglorifika lil Jehovah, il-​Ħallieq tal-​personalità l-​ġdida tagħna taʼ l-​għaġeb.​—Efes. 4:24.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja