LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/99 p. 4
  • Ejja ‘Ngħidu li Għandna Ngħidu!’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ejja ‘Ngħidu li Għandna Ngħidu!’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Kif Tipprepara Preżentazzjoni bir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Segwi r-Regola tad-Deheb fil-ministeru tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Ġieli Wrejt Kif Isir Studju fuq l-Ewwel Żjara?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 7/99 p. 4

Ejja ‘Ngħidu li Għandna Ngħidu!’

1 Qatt iltqajt maʼ xi inkwilin li waqqaf il-​preżentazzjoni tiegħek, li tkun ippreparajt bl-​attenzjoni, bil-​kliem: “Xi trid? Għid li għandek tgħid!” X’nistgħu nitgħallmu minn esperjenza bħal din?

2 Ħafna nies illum huma bla paċenzja. Iridu jkunu jafu min aħna u għala qegħdin hemm. Meta jiskopru li l-​għan taż-​żjara tagħna hu li niddiskutu l-​Bibbja, għandhom mnejn isoddu widnejhom. Il-​qari tal-​Bibbja u l-​konversazzjonijiet spiritwali m’humiex affarijiet importanti fil-​ħajja taʼ ħafna nies. Kif nistgħu nikkonvinċu lil inkwilini bħal dawn li għandhom jieħdu ftit minuti biex jiddiskutu suġġett Bibliku magħna?

3 X’Inhu l-​Iktar Effettiv: Is-​sigriet hu li turi lill-​inkwilin li l-​Bibbja tipprovdi soluzzjonijiet prattiċi għall-​problemi li jikkonċernawh u li tagħmel dan fi ftit kliem kemm jistaʼ jkun. L-​iktar preżentazzjonijiet effettivi jinkludu mistoqsija speċifika mfassla biex iġġiegħel lill-​inkwilin jaħseb, segwita minn skrittura li twieġeb dik il-​mistoqsija. Għandek mnejn tieħu pjaċir tipprova xi wħud mis-​suġġerimenti li ġejjin. Dawn huma mfasslin biex jgħinuna ‘ngħidu li għandna ngħidu’ malajr waqt li nqajmu l-​interess taʼ l-​inkwilin.

4 F’territorju fejn in-​nies taʼ spiss jgħidu li m’humiex interessati, qajjem mistoqsija li tinvolvihom personalment:

◼ “Hekk kif nersqu lejn il-​millennju li jmiss, tħossok int mimli tama jew mimli dubji? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-​Bibbja bassret il-​ġrajjiet inkwetanti li naraw illum kif ukoll ir-​riżultat tagħhom.” Aqra t-​2 Timotju 3:​1, 2, 5 u Proverbji 2:​21, 22.

◼ “F’dan il-​pajjiż hawn tħassib kbir dwar il-​kura tas-​saħħa. Qatt kont taf li Alla jwegħedna li se jsolvi għal dejjem il-​problemi kollha tas-​saħħa?” Aqra Apokalissi 21:​3, 4.

◼ “Kif taħseb li tibbenefika l-​komunità tagħna kieku kulmin jgħix hawn japplika l-​prinċipji tal-​Bibbja?” Aqra Mattew 22:​37-39.

5 Peress li l-​inkarigu tagħna hu li nippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna, kulmeta jkun possibbli għandna niġbdu l-​attenzjoni lejn dak li se twettaq is-​Saltna. Tistaʼ tgħid:

◼ “Qatt kont taf li l-​eqdem ktieb tad-​dinja, il-​Bibbja, bassar li se jkun hemm gvern wieħed għad-​dinja kollha?” Aqra Danjel 2:44.

◼ “X’taħseb li jkunu l-​kundizzjonijiet kieku Ġesù Kristu jaħkem id-​dinja?” Aqra Salm 72:​7, 8.

6 F’territorju fejn in-​nies huma reliġjużi, tistaʼ tipprova waħda minn dawn l-​introduzzjonijiet:

◼ “Ħafna nies ibatu minn diskriminazzjoni minħabba l-​ġeneru, ir-​reliġjon, u l-​kulur tal-​ġilda tagħhom. Kif taħseb li jħossu Alla dwar preġudizzju bħal dan?” Aqra Atti 10:​34, 35.

◼ “Nafu li Ġesù Kristu għamel ħafna mirakli fi żmienu. Kieku tistaʼ tistaqsih biex jagħmel miraklu ieħor, liema jkun?” Aqra Salm 72:​12-14, 16.

7 Jekk l-​inkwilin ma jkunx irid jiftaħ il-​bieb, tistaʼ tibda konversazzjoni billi tgħid:

◼ “Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies illum xebgħu jisimgħu dwar problemi. Iridu jisimgħu dwar soluzzjonijiet. Bla dubju li int bħalhom. Imma fejn nistgħu nsibu soluzzjonijiet veri għall-​problemi tagħna?” Agħti ċans għal tweġiba. Aqra t-​2 Timotju 3:​16, 17.

8 Għax ma Tipprovax? Ħafna drabi kulma jkun hemm bżonn tkun mistoqsija sempliċi u konċiża biex tqajjem l-​interess taʼ l-​inkwilin. Waħda mara li qabel kienet topponi stiednet lil żewġt aħwa f’darha wara li waħda minnhom staqsiet il-​mistoqsija: “Tistaʼ tidentifika s-​Saltna li titlob għaliha fit-​Talba tal-​Missierna?” Il-​mistoqsija tant qajmitilha kurżità lil dik il-​mara, li aċċettat studju tal-​Bibbja. Issa hi qaddejja dedikata taʼ Jehovah!

9 Meta tkun qed titkellem maʼ inkwilin, kun ġenwin bl-​espressjonijiet tiegħek. Tkellem minn qalbek. In-​nies iktar hemm ċans li jwieġbu favorevolment meta jkunu konvinti li aħna tassew interessati fihom.​—Atti 2:​46, 47.

10 Ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba huwa sfida llum. Xi inkwilini jissuspettaw f’min ma jafuhx. Oħrajn għandhom ħajjiet mimlijin daqs bajda u ma tantx għandhom ħin żejjed. Madankollu, nistgħu nkunu żguri li għad hemm ħafna wħud li jixirqilhom li jinstabu. (Mt. 10:11) L-​isforzi tagħna biex infittxuhom x’aktarx li se jirnexxu iktar jekk inżommu l-​preżentazzjonijiet tagħna qosra u ‘ngħidu li għandna ngħidu!’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja