Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ Min għandu jingħata badge tal-konvenzjoni distrettwali?
Il-badges tal-konvenzjoni jistgħu jkunu ferm t’għajnuna biex nidentifikaw lil ħutna u biex nagħmlu reklam għall-konvenzjoni. Madankollu, m’għandhomx jiġu mqassma bl-addoċċ. Dawn se jidentifikaw lil min jilbishom bħala li għandu waqfa tajba maʼ kongregazzjoni partikulari tax-Xhieda taʼ Jehovah.
Il-badge għandha l-ispazju fejn jitniżżlu l-isem taʼ l-individwu kif ukoll l-isem tal-kongregazzjoni. Għalhekk, il-persuna trid tkun tassoċja mhux ħażin mal-kongregazzjoni mniżżla. Is-Soċjetà tibgħat provvista taʼ badges lil kull kongregazzjoni. Ikun xieraq li tingħata badge lil kull pubblikatur mgħammed u mhux mgħammed. Anki t-tfal u oħrajn li jattendu regolarment għal-laqgħat tal-kongregazzjoni u li qed jagħmlu progress lejn li jieħdu sehem fil-ministeru taʼ l-għalqa jistgħu jingħataw waħda. Ma jkunx xieraq li tingħata badge lil xi ħadd maqtugħ mis-sħubija.
Meta l-badges ikunu disponibbli, l-anzjani għandhom jaraw li jiġu mqassma fi qbil maʼ din il-gwida.