LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/01 p. 8
  • Għin lil Oħrajn Jattendu għal-Laqgħat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għin lil Oħrajn Jattendu għal-Laqgħat
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Nidderieġu Lill-Istudenti Lejn L-Organizzazzjoni Li Hemm Wara Isimna
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Għin lill-Istudent tal-Bibbja Tiegħek Isir Dixxiplu Mgħammed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Kif Jistgħu Jgħinuk il-Laqgħat tax-Xhieda ta’ Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kif Tgħin lil Student tal-Bibbja Jagħmel Progress u Jitgħammed—L-Ewwel Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 3/01 p. 8

Għin lil Oħrajn Jattendu għal-​Laqgħat

1 “Il-​ħbieb kollha li joqogħdu fil-​qrib . . . li jixtiequ jattendu għal-​laqgħat huma mistidnin mill-​qalb biex jagħmlu dan.” Minn meta dan l-​avviż deher, fil-​ħarġa taʼ Zion’s Watch Tower taʼ Novembru taʼ l-​1880, ix-​Xhieda taʼ Jehovah stiednu bil-​ħerqa lin-​nies ħalli jingħaqdu magħhom biex jirċievu tagħlim mill-​Bibbja. (Apk. 22:17) Dan huwa parti importanti ferm mill-​qima vera.

2 Huwa Vitali li Tattendi: Meta nassoċjaw mal-​kongregazzjoni se jkollna ħafna barkiet. Insiru nafu aħjar lil dak Alla meraviljuż tagħna, Jehovah. Fil-​kongregazzjoni niltaqgħu flimkien biex niġu mgħallmin minn Jehovah. (Is. 54:13) L-​organizzazzjoni tiegħu tħejjilna programm kontinwu taʼ tagħlim mill-​Bibbja li jressaqna iktar viċin tiegħu. Dan jgħinna wkoll b’mod prattiku biex napplikaw ‘dak kollu li Alla jrid minna.’ (Atti 20:27; Lq. 12:42) Il-​laqgħat jipprovdu taħriġ għal kull individwu biex jiżviluppa l-​arti tat-​tagħlim tal-​Kelma t’Alla. Tfakkiriet mill-​Iskrittura jgħinuna ngawdu relazzjonijiet tajbin maʼ oħrajn u maʼ Jehovah nnifsu. Assoċjazzjoni maʼ dawk li jħobbu ’l Alla se ssaħħaħ il-​fidi tagħna.​—Rum. 1:11, 12.

3 Stieden b’Mod Dirett: Mill-​ewwel studju, stieden lil kull student tal-​Bibbja biex jattendi għal-​laqgħat. Agħtih volantin. Qajjimlu l-​interess billi taqsam miegħu xi punt li lilek inkuraġġiek mill-​aħħar laqgħa li attendejt. Ukoll għaddi miegħu xi ħaġa li se tiġi kunsidrata fil-​laqgħa li jmiss. Spjegalu kif inhi s-​Sala tas-​Saltna, u kun ċert li hu jaf kif għandu jsibha.

4 Jekk student ma jattendix mill-​ewwel, ibqaʼ stiednu. Ħu ftit minuti kull ġimgħa biex turih kif taħdem l-​organizzazzjoni tagħna. Uża l-​browxer Jehovah’s Witnesses—Who Are They? What Do They Believe? u l-​vidjo Jehovah’s Witnesses—The Organization Behind the Name biex tgħinu jsir jaf min aħna u xi jkun hemm fil-​laqgħat tagħna. Ħu miegħek pubblikaturi oħrajn biex l-​istudent isir jafhom. Fit-​talba irringrazzja lil Jehovah taʼ l-​organizzazzjoni u semmi l-​bżonn li l-​istudent jassoċja magħha.

5 Toqgħodx lura milli tgħin lil uħud interessati ġodda biex jiltaqgħu magħna. Hekk kif l-​apprezzament tagħhom lejn Jehovah jibda jikber, huma se jitqanqlu biex jibdew japplikaw dak li jitgħallmu u jsiru parti mill-​organizzazzjoni magħquda t’Alla.—1 Kor. 14:25.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja