Kif Tħossok dwar il-Vidjo The Bible—Its Power in Your Life
Int u twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin, esprimi dak li tħoss minn qalbek dwar il-messaġġ li jinsab f’dan il-vidjo. (1a) Liema ħaġa tat il-qawwa lil miljuni taʼ nies biex jibdlu ħajjithom għall-aħjar? (Lhud 4:12) (1b) X’hemm bżonn biex wieħed ikun jistaʼ jikseb din il-qawwa u sabiex japplikaha f’ħajtu? (2) Liema skritturi ġew ċitati sabiex jgħinu lill-miżżewġin (a) itejbu l-komunikazzjoni taʼ bejniethom u (b) jikkontrollaw it-tempra? (3) Il-ħarsa Kristjana lejn iż-żwieġ kif tbiddel il-ħajja tal-familja għall-aħjar? (Efes. 5:28, 29) (4) Alla Jehovah kif tana eżempju perfett f’li jagħti lit-tfal it-tliet affarijiet li kollha kemm huma jridu u għandhom bżonn, u l-ġenituri kif jistgħu jagħmlu l-istess illum? (Mk. 1:9-11) (5) Għaliex il-ġenituri għandhom jgħallmu l-Bibbja lit-tfal huma stess, u x’jindika li hemm bżonn li dan isir b’mod regulari? (Dt. 6:6, 7) (6) Kif jistgħu l-ġenituri jagħmlu l-istudju tal-familja wieħed interessanti? (7) Minbarra studju tal-Bibbja, il-Kelma t’Alla xi tqanqal lill-ġenituri jipprovdu għal uliedhom? (8) Il-parir tal-Bibbja kif jistaʼ jgħin lill-familji jgħaddu ekonomikament? (9) Meta jiġu applikati, liema prinċipji Skritturali jgħinuna nnaqqsu l-problemi tas-saħħa? (10) Il-prinċipji tal-Kelma t’Alla kif ġabu bidla f’ħajtek? (11) Li turi dan il-vidjo lil xi ħadd li tmur għandu fil-ministeru, kif jistaʼ jinkuraġġih biex jaċċetta studju tal-Bibbja fid-dar?