LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/01 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 9 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 16 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 23 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 30 t’April
  • Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Mejju
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 4/01 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 9 t’April

Għanja 93

15 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Ħabbar l-​attendenza għall-​Mafkar tal-​kongregazzjoni. Stieden lill-​udjenza biex tirrakkonta kif esprimew l-​apprezzament tagħhom dawk li attendew għall-​ewwel darba. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​vidjo The Bible​—Its Power in Your Life (Il-Bibbja—Il-​Qawwa Tagħha f’Ħajtek) bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa tat-​23 t’April.

10 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Taħdita minn anzjan. Inkludi l-​affarijiet li jiġu kunsidrati meta jintgħażlu d-​djar fejn jiltaqgħu l-​gruppi taʼ l-​istudju tal-​ktieb.​—Ara l-​Kaxxa għall-​Mistoqsija fl-​Our Kingdom Ministry taʼ Frar 1983.

20 min: “‘Agħti Ruħek Kollha Kemm Hi’ għall-​Ministeru Tiegħek.”a Stieden żewġ pubblikaturi jew tlieta biex jaqsmu l-​esperjenzi li gawdew meta għenu lil oħrajn bħalma huwa rikkmandat f’paragrafi 3-5.

Għanja 80 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 16 t’April

Għanja145

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Għad baqaʼ biss żewġ Sibtijiet u Ħdud għal April, u għalhekk ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem fil-​ministeru qabel ma jispiċċa x-​xahar.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “M’Hemmx Isbaħ mis-​Sempliċità!”b Daħħal xi punti mill-​artiklu “Ejja ‘Ngħidu li Għandna Ngħidu!’” li jinsab f’Il-Ministeru tas-​Saltna taʼ Lulju 1999, paġna 4. Uri fil-​qosor preżentazzjoni jew tnejn mogħtijin b’mod sempliċi.

Għanja 146 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 23 t’April

Għanja163

5 min: Avviżi lokali.

15 min: “Nippjanaw bil-​Quddiem​—Għal Liema Affarijiet?” Taħdita. Inkludi xi punti addattati mit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Novembru, 2000, paġni 18-​21.

25 min: “Kif Tħossok dwar il-​Vidjo The Bible​—Its Power in Your Life.” Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Għax ma tapplikax l-​idea li tagħti l-​esperjenza rakkontata fin-​1997 Yearbook, paġna 54, paragrafu 1, dwar li jsir użu tajjeb mill-​vidjos tas-​Soċjetà? F’Ġunju se nirrevedu l-​vidjo Jehovah’s Witnesses Stand Firm Against Nazi Assault (Ix-Xhieda taʼ Jehovah Jieqfu Sodi Kontra l-​Attakki tan-​Nazi).

Għanja 202 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 30 t’April

Għanja 215

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal April. Dawk li jikkonduċu l-​istudju tal-​ktieb għandhom jiċċekkjaw maʼ kulmin hu fil-​grupp tagħhom sabiex ir-​rapporti kollha jkunu jistgħu jingħaddu sas-​6 taʼ Mejju.

15 min: “Agħti Xiehda Bħala Ġâr Tajjeb.”c Semmi modi oħrajn kif nistgħu nagħtu xiehda bil-​kondotta tagħna.​—Ara It-​Torri taʼ l-​Għassa, taʼ l-​1 taʼ Novembru, 1997, paġna 32, paragrafu 16.

20 min: Pijunieri Jgħinu lil Oħrajn. Taħdita u intervisti li jikkonduċihom l-​indokratur tas-​servizz. Irrevedi l-​programm tal-​Pijunieri Jgħinu lil Oħrajn kif imniżżel f’Il-Ministeru tas-​Saltna taʼ Settembru 1998, paġna 4. Tkellem dwar l-​affarijiet pożittivi li twettqu lokalment. Intervista pijunier li għen lil xi ħadd u pubblikatur li ġie megħjun. Uri kif it-​tnejn ibbenefikaw meta ħadmu flimkien fil-​ministeru. Stieden lil oħrajn biex jieħdu vantaġġ minn dan il-​provvediment fix-​xhur li ġejjin.

Għanja 216 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Mejju

Għanja 84

5 min: Avviżi lokali.

12 min: “Għal Alla Kollox Jistaʼ Jkun.”d Ikkummenta fil-​qosor fuq dak li hemm imniżżel fil-​ktieb Proclaimers, paġna 443, billi turi sa liema punt kien isir l-​ippridkar fl-​1935 imqabbel mar-​rapporti taʼ l-​aħħar Yearbook. Semmi kif din l-​espansjoni tremenda darba kienet tidher impossibbli.

12 min: “Ittra Mingħand il-​Ġemgħa li Tiggverna.” Taħdita minn anzjan.

18 min: Kif Tistaʼ l-​Familja Tagħna Turi l-​Qdusija? Anzjan u l-​familja tiegħu jiddiskutu t-​Torri taʼ l-​Għassa, taʼ l-​1 t’Awissu, 1996 paġni 27-30. Irrevedu xi modi kif tistgħu turu qdusija fid-​dar, mal-​qraba, fil-​kongregazzjoni u mal-​ġirien, u l-​iskola u x-​xogħol.

Għanja 70 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja