LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/01 p. 8
  • Agħti Xiehda Bħala Ġâr Tajjeb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħti Xiehda Bħala Ġâr Tajjeb
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Il-Ġirien Tajba Jiswew taʼ Ġid
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • “Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Xi Jfisser li Nħobbu lill-Proxxmu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • ‘Tħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek’?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 4/01 p. 8

Agħti Xiehda Bħala Ġâr Tajjeb

1 Ġesù qal “Ħobb lil għajrek [inkluż ġârek] bħalek innifsek.” (Mt. 22:39) Bla dubju, int ‘tagħmel il-​ġid’ maʼ sħabek fit-​twemmin, imma tistaʼ twessaʼ l-​imħabba tiegħek lejn dawk li joqogħdu viċin tiegħek? (Gal. 6:​10) B’liema modi?

2 Billi Tidentifika Lilek Innifsek: Il-​ġirien jafu li int Xhud? Jekk le għax ma żżurhomx waqt li tkun fis-​servizz taʼ l-​għalqa? Tistaʼ tibqaʼ sorpriż bir-​riżultati! Jew jekk tħossok iktar komdu, ipprova agħtihom xiehda informali. Meta tkun barra, forsi tarahom inaddfu l-​ġnien jew għaddejjin bil-​mod fit-​triq. Mur kellimhom u tbissmilhom mill-​qalb. Ipprova tkellem kemm jistaʼ jkun fuq it-​twemmin tiegħek, dwar fejn tinstab is-​Sala tas-​Saltna, xi jsir fiha, u għidilhom min iktar jattendi mill-​inħawi tagħkom. Stidinhom għal-​laqgħat. Kun determinat li tagħti xiehda bir-​reqqa dwar l-​aħbar tajba lil kulmin taf.​—Atti 10:42; 28:23.

3 Billi Tagħti Eżempju Tajjeb bil-​Kondotta Tiegħek: Il-​mod dħuli taʼ kif iġġib ruħek jgħid ħafna dwarek u jistaʼ jiftaħlek it-​triq sabiex tagħti xiehda. Dan ukoll ‘jagħmel ġieħ lit-​tagħlim t’Alla.’ (Titu 2:​7, 10) Uri interess ġenwin fil-​ġirien tiegħek. Agħmel ħbieb magħhom u ipprova ifhimhom. Irrispetta li huma wkoll għandhom dritt għall-​privatezza u għall-​kwiet fl-​inħawi. Jekk xi ħadd minnhom ikun ma jiflaħx, aħseb fihom u offri l-​għajnuna tiegħek. Meta tiġi toqgħod xi familja ġdida fl-​inħawi, għaddi s’għandhom sabiex tagħtihom merħba. Meta taġixxi b’qalb tajba tħalli impressjoni tajba u togħġob lil Jehovah.​—Lhud 13:16.

4 Bid-​Dehra tal-​Propjetà Tiegħek: Li tkun ġâr tajjeb jinvolvi wkoll li tieħu ħsieb darek b’tali mod li din tkun preżentabbli. Dar u ġnien li jkunu ndaf u sbieħ jagħtu xiehda fihom infushom. Iżda dar maħmuġa jew li jkollha oġġetti mormijin jiġru ’l hemm u ’l hawn wisq probabbli se titfaʼ dell ikrah fuq il-​messaġġ tas-​Saltna. Għalhekk, huwa importanti li tħalli d-​dar, il-​ġnien, u l-​karozzi nodfa u f’kundizzjoni tajba.

5 Meta tkun konċernat lejn dawk barra l-​kongregazzjoni Kristjana tkun qed turi mħabba lejn ġârek. X’jistaʼ jkun ir-​riżultat? Jistaʼ jkun li “jaraw sewwa l-​għemil tajjeb tagħkom” u xi wħud minnhom jibdew “isebbħu ’l Alla.”​—1 Pt. 2:​12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja