LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/01 p. 1
  • “Għal Alla Kollox Jistaʼ Jkun”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Għal Alla Kollox Jistaʼ Jkun”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • ‘Din l-Aħbar Tajba Tiġi Pridkataʼ!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Kompli Tkellem il-Kelma t’Alla Bi Qlubija
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Ipprietka b’Żelu bħal Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • “Morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 4/01 p. 1

“Għal Alla Kollox Jistaʼ Jkun”

1 Ix-​xogħol ewlieni tal-​kongregazzjoni Kristjana hu li xxandar il-​messaġġ tas-​Saltna mad-​dinja kollha. (Mt. 24:14) Din hija biċċa xogħol immensa. Għal ħafna minn dawk li josservawna, dan l-​inkarigu jidher li jirrikjedi ħafna iktar riżorsi milli għandna. Oħrajn ma jistgħu jifhmu bl-​ebda mod kif inwettqu dan l-​inkarigu, għax aħna suġġetti għat-​twaqqigħ għaċ-​ċajt, l-​oppożizzjoni, u l-​persekuzzjoni. (Mt. 24:9; 2 Tim. 3:​12) Ix-​xettiċi huma konvinti li dan ix-​xogħol huwa impossibbli li jitwettaq. Imma Ġesù qal: “Għal Alla kollox jistaʼ jkun.”​—Mt. 19:26.

2 Eżempji Tajbin li Jaqblilna Nimitawhom: Ġesù beda l-​ministeru tiegħu bħala raġel wieħed kontra d-​dinja kollha. Biex ifixkluh milli jirnexxi, dawk li jopponu ttrattawh bl-​iktar mod umiljanti li wieħed jistaʼ jimmaġina, sakemm tawh mewta agonizzanti. Madankollu, fl-​aħħar, Ġesù b’mod konvint iddikjara: “Jiena rbaħt id-​dinja!” (Ġw. 16:33) Wettaq l-​inkarigu tiegħu b’mod verament taʼ l-​għaġeb!

3 Id-​dixxipli taʼ Ġesù wrew l-​istess spirtu taʼ kuraġġ u żelu fil-​ministeru Kristjan. Ħafna minnhom ngħataw daqqiet bil-​frosta, ġew imsawtin, mitfugħin il-​ħabs, u saħansitra maqtulin. Madankollu, huma kienu “ferħana talli ġew meqjusa bħala nies li jistħoqqilhom li jkunu mmaqdra minħabba l-​isem taʼ Ġesù.” (Atti 5:​41) Minkejja li kien hemm ħafna affarijiet kontra tagħhom, xorta wettqu l-​inkarigu, li kien jidher impossibbli, taʼ li jxandru l-​aħbar tajba “sa truf l-​art.”​—Atti 1:8; Kol. 1:​23.

4 Kif Nistgħu Nirnexxu fi Żmienna: Aħna wkoll qed inwettqu x-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna b’żelu avolja niffaċċjaw ħafna affarijiet li jagħmluh jidher impossibbli li jsir. Minkejja l-​projbizzjonijiet, il-​persekuzzjoni, it-​tfigħ fil-​ħabs, u l-​attentati vjolenti oħrajn biex iwaqqfuna, aħna qed nirnexxu. Dan kif jistaʼ jkun? “La bil-​ħila u lanqas bil-​qawwa, imma bl-​ispirtu tiegħi, qal il-​Mulej taʼ l-​eżerċti.” (Żak. 4:6) La għandna lil Jehovah magħna, xejn ma jistaʼ jwaqqfilna xogħolna!​—Rum. 8:​31.

5 Meta nxandru, m’għandniex għalfejn nistħu jew nibżgħu jew inħossuna li m’aħniex kapaċi. (2 Kor. 2:​16, 17) Aħna għandna l-​iktar raġunijiet sodi għalxiex nagħfsu ’l quddiem biex inxerrdu l-​aħbar tajba tas-​Saltna. Bl-​għajnuna taʼ Jehovah, aħna se nwettqu “dak li ma jistax ikun”!​—Lq. 18:27.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja