‘Din l-Aħbar Tajba Tiġi Pridkataʼ!
1. Kif nafu li xejn ma jistaʼ jwaqqaf ix-xogħol tal-ippritkar?
1 Assolutament xejn ma jistaʼ jwaqqaf lil Ġeħova milli jwettaq ir-rieda tiegħu. (Is. 14:24) Għalkemm deher impossibbli li l-Imħallef Gidegħon u t-300 raġel tiegħu jirbħu kontra armata taʼ 135,000 raġel Midjan, Ġeħova qallu: “Int se ssalva lil Israel minn id Midjan. Mhux jien qed nibagħtek?” (Mħ. 6:14) Liema xogħol għandu l-appoġġ taʼ Ġeħova llum? Ġesù qal: “Din l-aħbar tajba tas-saltna tiġi pridkata fl-art abitata kollha.” (Mt. 24:14) Ħadd ma se jirnexxilu jwaqqaf dan ix-xogħol milli jitwettaq!
2. Għala nistgħu nistennew li Ġeħova jgħinna personalment fil-ministeru?
2 Ġeħova Jgħinna Personalment: Waqt li nistgħu nkunu kunfidenti li Ġeħova se jara li x-Xhieda tiegħu jirnexxu bħala grupp, nistgħu aħna nistennew li Ġeħova jgħinna personalment? Matul żmien taʼ bżonn, l-appostlu Pawlu ħass l-appoġġ persunali taʼ Ġeħova permezz t’Ibnu Ġesù. (2 Tim. 4:17) Nistgħu nkunu kunfidenti li Ġeħova bl-istess mod se jbierek l-isforzi individwali tagħna biex inwettqu r-rieda tiegħu.—1 Ġw. 5:14.
3. Ġeħova jgħinna f’liema ċirkustanzi?
3 Iħalluk l-ansjetajiet tal-ħajja taʼ kuljum bi ftit enerġija għall-ministeru? Hu “qed jagħti l-qawwa lill-għajjien.” (Is. 40:29-31) Qed tiffaċċja persekuzzjoni jew oppożizzjoni? “Ixħet toqlok fuq Ġeħova, u jsostnik.” (Salm 55:22) Ġieli ma tħossokx kunfidenti biżżejjed? “Mur, u jien inkun ma’ fommok.” (Eżo. 4:11, 12) Għandek problemi taʼ saħħa li jillimitaw is-sehem tiegħek fil-ministeru? Ġeħova japprezza u jistaʼ juża l-isforzi li tagħmel b’ruħek kollha minkejja kemm ikunu żgħar.—1 Kor. 3:6, 9.
4. Kif niġu effettwati jekk ikollna fiduċja f’Ġeħova?
4 Ġeħova “[ħareġ idu], u min jistaʼ jreġġagħha lura?” (Is. 14:27) B’fiduċja f’Ġeħova li se jbierek il-ministeru tagħna, jalla nibqgħu nippersistu fl-ippritkar “bil-qlubija permezz taʼ l-awtorità li [tana] Ġeħova.”—Atti 14:3.