LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/01 p. 1
  • Toqgħodx Lura!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Toqgħodx Lura!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • ‘Inġibu Aħbar Tajba taʼ Xi Ħaġa Aħjar’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Negħlbu l-Isfidi tal-Ministeru Minn Dar Għal Dar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ġeħova Tassew Jimpurtah Minnek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • “Minn Dar Għal Dar”
    Għannu lil Ġeħova
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 7/01 p. 1

Toqgħodx Lura!

1 Meta nibdew illestu biex immorru nippridkaw minn bieb għal bieb, l-​akbar sfida li jistaʼ jkollna hija li noħorġu mill-​bieb tagħna stess. Li nħossuna li m’aħniex tajbin biżżejjed jistaʼ jżommna lura milli noħorġu u nitkellmu l-​verità mal-​“bnedmin kollha.” (1 Tim. 2:4) Iżda m’għandniex noqogħdu naħsbuha darbtejn biex nippridkaw l-​aħbar tajba. Għala le?

2 Huwa l-​Messaġġ taʼ Jehovah: Jehovah wasslilna l-​kelma tiegħu permezz tal-​Bibbja. Meta nieħdu dan il-​messaġġ lil oħrajn, aħna qed ngħaddulhom ħsibijietu, mhux ħsibijietna. (Rum. 10:​13-​15) Meta xi wħud jirrifjutaw li jisimgħu l-​messaġġ tas-​Saltna, huma jkunu tassew qed jirrifjutaw lil Jehovah. Madankollu, aħna ma naqtgħux qalbna. Għandna l-​fiduċja li dan il-​messaġġ, se jqanqal b’mod pożittiv il-​qlub taʼ dawk li jixtiequ jaraw bidla fis-​sitwazzjonijiet tad-​dinja u huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom.​—Eżek. 9:4; Mt. 5:​3, 6.

3 Jehovah Jiġbed lin-​Nies: Xi ħadd li ma riedx jismagħna fil-​passat jistaʼ jkun li issa huwa iktar lest li jismaʼ għax forsi ċ-​ċirkustanzi tiegħu nbidlu u l-​kundizzjoni taʼ qalbu tkun irtabet. Jistaʼ jkun li issa Jehovah juri rieda tajba lejh u ‘jiġbdu.’ (Ġw. 6:​44, 65) Meta dan jiġri, aħna rridu nkunu lesti biex nintużaw minn Jehovah u nħallu lill-​anġli jiggwidawna sabiex insibu wħud bħal dawn.​—Apk. 14:6.

4 Alla Jagħtina l-​Ispirtu Tiegħu: L-​ispirtu qaddis jagħtina l-​kapaċità biex nitkellmu “bil-​qlubija bl-​awtorità taʼ Jehovah.” (Atti 14:​1-3, New World Translation) Meta nżommu f’moħħna li għandna dan l-​appoġġ tant qawwi fil-​ministeru tagħna, mhux se noqogħdu lura milli nitkellmu fuq il-​verità mal-​ġirien, maʼ sħabna tax-​xogħol, maʼ sħabna tal-​klassi, maʼ qrabatna, jew maʼ nies taʼ edukazzjoni għolja jew sinjuri.

5 Ġesù Għallimna Kif: Ġesù kien juża mistoqsijiet li jġagħluk taħseb, tixbihat realistiċi, u raġunar mill-​Iskrittura. Hu kien jispjega l-​verità b’mod li jiġbdek, sempliċi, u mill-​qalb. Dawn għadhom l-​aħjar metodi li jistgħu jintużaw illum. (1 Kor. 4:​17) Iċ-​ċirkustanzi taʼ fejn nippridkaw jistgħu jkunu differenti minn xulxin, iżda l-​messaġġ qawwi tas-​Saltna jibqaʼ l-​istess.

6 Aħna privileġġati li qed nintużaw minn Jehovah biex ngħinu lin-​nies b’mod speċjali li jsalvalhom ħajjithom. Mela ejja ma noqogħdux lura! Jalla nkunu kuraġġużi u nħallu lil Jehovah “jiftħilna l-​bieb għall-​kelma” sabiex aħna nkunu nistgħu nitkellmu dwar l-​aħbar tajba m’oħrajn.​—Kol. 4:​2-4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja