X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
Stenbaħ! 8 taʼ Sett.
“Tistaʼ tibqaʼ sorpriż meta ssir taf li ż-żgħażagħ illum għandhom it-tendenza iktar minn qatt qabel li jaqgħu f’dipressjoni u li jagħmlu suwiċidju. Din ir-rivista titkellem fid-dettall dwar din il-problema traġika u tispjega wkoll liema passi prattiċi jistgħu jittieħdu mill-ġenituri u adulti oħrajn sabiex jgħinu lill-adolexxenti li jħossuhom hekk.”
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Sett.
“Hemm uħud li jħobbu l-verità kważi fir-reliġjonijiet kollha. Madankollu, ir-reliġjonijiet ġeneralment għandhom it-tendenza li jġibu firda bejn il-bnedmin. X’hemm bżonn biex jingħaqdu n-nies taʼ qalb onestà? [Wara t-tweġiba, aqra Sofonija 3:9.] Din ir-rivista turi kif għarfien dwar il-veru Alla qed jgħaqqad lin-nies minn kullimkien.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 t’Ott.
“Forsi taqbel li l-fidi f’Alla saret suġġett mhux popolari għal ħafna nies. Imma dan għala huwa hekk? [Wara t-tweġiba, aqra Lhud 11:1.] Din ir-rivista titkellem dwar x’inhi l-fidi vera u x’differenza tagħmel jekk ikollniex fidi jew le.”
Stenbaħ! 8 t’Ott.
“Bħalma taf, il-Halloween huwa ċelebrazzjoni popolari ħafna madwar id-dinja, u ħafna tfal jieħdu pjaċir biha. Qatt ġietek l-opportunità biex titgħallem dwar l-oriġini tagħha? [Agħti ċans għal tweġiba.] Se ssib il-qari dwar dan is-suġġett verament interessanti, speċjalment jekk int ġenitur li jimpurtak minn uliedek.”