Kulħadd Jistaʼ Jitgħallem mill-Vidjo Noah—He Walked With God
Aqra jew irrivedi Ġenesi 6:1 sa 9:19. Imbagħad ara l-vidjo Noah, u aħseb dwar kif tistaʼ twieġeb dawn il-mistoqsijiet: (1) Kif kienet id-dinja fi żmien Noè, u kif saret hekk? (2) Noè għala kien daqshekk speċjali, Alla x’biċċa xogħol tah biex jagħmel, u għala tahielu? (3) Fejn wisq probabbli nbniet l-arka, kemm damet tinbena, u kemm kienet kbira? (4) Minbarra li jibnu l-arka, x’kellhom jagħmlu iktar Noè u l-familja tiegħu? (5) X’atmosfera taħseb li kien hemm fl-arka ladarba ngħalaq il-bieb? (6) Kif taħseb li kont tħossok wara li tkun salvajt mid-Dilluvju? (7) Liema tfakkira tad-Dilluvju naraw kultant, u xi tfisser? (8) Ir-rakkont Bibliku taʼ Noè x’għallmek dwarek innifsek, il-familja tiegħek, u x-xogħol li Alla inkarigana biex nagħmlu? (9) Liema mistoqsijiet trid tistaqsi lil Noè u lill-familja tiegħu meta tiltaqaʼ magħhom fil-Ġenna taʼ l-art? (10) Issa kif qed tippjana li tuża l-vidjo Noah?