Għala Nħobbu lill-Fratellanza Kollha Tagħna
Fid-dinja bla mħabba taʼ llum, kif nistgħu nżommu l-imħabba tagħna għal ħutna spiritwali tbaqbaq fina? (1 Pt. 2:17) Kif nistgħu nuru lil oħrajn li l-fratellanza ġenwina u globali tagħna teżisti tassew? (Mt. 23:8) Permezz tal-vidjo Our Whole Association of Brothers. Dan juri r-raġunijiet għala nħobbu lil xulxin. Ara tistax twieġeb dawn il-mistoqsijiet:
(1) Liema tliet attivitajiet nieħdu sehem fihom l-istess bħal ħutna kollha madwar id-dinja? (2) Ħutna kif qed juru d-determinazzjoni tagħhom biex jippridkaw (a) fl-art imwarrba taʼ l-Alaska, (b) fil-portijiet kbar taʼ l-Ewropa, u (ċ) fil-foresti mimlijin siġar tal-Perù? (3) Liema għodda hija effettiva b’mod speċjali fl-għoti taʼ xiehda? (4) Għala qatt m’għandna nħossu li l-ippridkar huwa biss xogħol ordinarju? (5) Agħti eżempji taʼ kif ix-Xhieda taʼ Jehovah farrġu u appoġġaw lil xulxin fi żminijiet diffiċli—terremoti, uragani, u gwerer ċivili. (Ara l-kummenti taʼ Takao f’paġna 23 taʼ l-Awake! tat-22 t’Awissu, 1995, u taʼ Kotoyo f’paġna 20 taʼ l-Awake! tat-22 t’Ottubru, 1996.) (6) B’liema modi prattiċi nistgħu lkoll kemm aħna nuru l-marka li tidentifika bil-kbir lill-fratellanza Kristjana tagħna? (Ġw. 13:35) (7) Kemm għandna nagħtuhom importanza l-laqgħat tal-kongregazzjoni? (8) Il-fatt li jkollhom Sala tas-Saltna fejn jiltaqgħu kif jeffettwa lil dawk li qabel ma kellhomx waħda? (9) Ħutna fl-Ewropa tal-Lvant u fir-Russja kif irnexxielhom jibqgħu f’saħħithom spiritwalment meta x-xogħol kien projbit? (10) Saħansitra issa, liema sforz straordinarju qed jagħmlu ħafna Xhieda sabiex jattendu l-konvenzjonijiet, u għala? Dan kif messlek qalbek? (11) Għala tinsab determinat li tkun magħqud fil-qima, tgħin lil oħrajn meta jkunu fil-bżonn, u tippriedka fedelment kulmeta tistaʼ u b’kull mezz li tistaʼ? (12) Għala jkun tajjeb li jkollok kopja persunali taʼ dan il-vidjo u turih lil kemm jistaʼ jkun nies interessati?