“Ħobbu l-Fratellanza Kollha”
Il-kliem ispirat taʼ dan it-titlu ġie miktub kważi elfejn sena ilu. (1 Pt. 2:17) Imma issa għandna bżonn napplikawh iktar minn qatt qabel! Kif nistgħu nħobbu xi ħaġa daqstant vasta bħall-fratellanza globali? U f’din id-dinja nieqsa mill-imħabba, kif nistgħu nkunu ċerti li mħabbitna ma tbatti qatt? (Mt. 24:12) Ara jekk tistax twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin waqt li tkun qed tara l-vidjow Our Whole Association of Brothers.
(1) Aħna meta sirna formalment parti mill-fratellanza Kristjana tagħna? (2) Liema tliet attivitajiet tieħu sehem fihom il-fratellanza kollha madwar id-dinja? (3) Ħutna kif qed juru d-determinazzjoni tagħhom biex jippritkaw (a) fl-inħawi iżolati tal-Alaska, (b) fil-portijiet vasti tal-Ewropa, u (ċ) fil-foresti mimlijin siġar tal-Perù? (4) Għala qatt m’għandna nħossu li l-ippritkar huwa biss xogħol ordinarju? (5) Agħti eżempji taʼ kif ix-Xhieda taʼ Ġeħova farrġu u appoġġaw lil xulxin (a) wara terremot, (b) wara uragan, u (ċ) matul gwerra ċivili? (6) B’liema modi prattiċi nistgħu lkoll kemm aħna nuru l-marka li tidentifika bil-kbir lill-fratellanza Kristjana tagħna? (Ġw. 13:35) (7) X’inhuma l-benefiċċji meta naħdmu flimkien biex nibnu s-Swali tas-Saltna tagħna? (8) Ħutna fl-Ewropa tal-Lvant u fir-Russja kif irnexxielhom jibqgħu sodi spiritwalment meta x-xogħol kien projbit? (9) Liema sforz straordinarju qed jagħmlu ħafna Xhieda sabiex jattendu l-konvenzjonijiet, u għala? (10) Dan il-vidjow kif saħħaħlek id-determinazzjoni tiegħek (a) biex tqim lil Ġeħova fil-laqgħat Kristjani f’unità maʼ ħutek, (b) biex tgħin lil oħrajn meta jkunu fil-bżonn, u (ċ) biex tipprietka lealment kull meta u bi kwalunkwe mod li tistaʼ? (11) Kif u meta nistgħu nużaw dan il-vidjow fil-ministeru?
Ir-raġuni prinċipali għala aħna parti mill-fratellanza Kristjana hi l-imħabba tagħna għal Ġeħova. Għalhekk, nieħdu pjaċir nitgħallmu u ngħallmu lil oħrajn dwaru. U nħobbu lin-nies li Ġeħova jħobb. Meta jkunu fil-bżonn u ngħinuhom, ma nistennewx li Alla jirringrazzja lilna. Minflok, aħna nirringrazzjaw lil Alla għax inqisu l-fratellanza Kristjana tagħna bħala għotja prezzjuża mingħandu. Hekk kif l-aħħar jiem taʼ din id-dinja nieqsa mill-imħabba qed jersqu fi tmiemhom, jalla nkomplu nuru l-imħabba lejn il-fratellanza kollha!