LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/02 p. 4
  • Kun Kuntent b’Dak li Għandek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Kuntent b’Dak li Għandek
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Jistaʼ Jkollok Rikkezzi!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Kif Tistaʼ Żżomm Ħarsa Bilanċjata Lejn il-Flus?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • ‘Ibqgħu Fittxu l-Ewwel is-Saltna’
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 6/02 p. 4

Kun Kuntent b’Dak li Għandek

1 L-​Iskrittura twissina biex nipprovdu materjalment għal dawk taʼ darna, iżda dan m’għandux isir il-​mira prinċipali f’ħajjitna. L-​affarijiet spiritwali għandhom jiġu l-​ewwel. (Mt. 6:33; 1 Tim. 5:8) Li nsibu l-​bilanċ xieraq huwa taʼ sfida f’dan iż-​“żmien iebes.” (2 Tim. 3:1) X’se jgħinna nagħmlu dan?

2 Adotta l-​Ħarsa tal-​Bibbja: Il-​Kelma t’Alla twissina li l-​ġiri wara l-​għana jistaʼ jġib rovina spiritwali. (Koħ. 5:9 [5:​10, New World Translation]; Mt. 13:22; 1 Tim. 6:​9, 10) F’dan il-​perijodu kruċjali, ikun diżastruż jekk xi ħadd minna tant isir moħħu biss fix-​xogħol sekulari jew fit-​tħassib finanzjarju li jasal biex iwarrab fil-​ġenb l-​attivitajiet spiritwali—il-​laqgħat, l-​istudju, u s-​servizz—u jagħtihom it-​tieni post f’ħajtu. (Lq. 21:​34-36) B’kuntrast maʼ dan, il-​Bibbja tagħti l-​parir: “Sakemm għandna x’nieklu u x’nilbsu, dan għandu jkun biżżejjed għalina.”—1 Tim. 6:​7, 8.

3 Dan ma jfissirx li l-​Kristjani jeħtieġ li jgħixu fil-​faqar li jġibuh b’idejhom stess. Iżda jgħinna nagħrfu x’inhuma verament il-​bżonnijiet materjali tagħna—l-​ikel, l-​ilbies, u l-​kenn li jkunu suffiċjenti għall-​pajjiż fejn ngħixu. Jekk għandna l-​bżonnijiet tal-​ħajja, m’għandniex nibqgħu nfittxu li niksbu livell ogħla t’għajxien. Meta nkunu qed naħsbu biex nixtru xi ħaġa jew inżidu x-​xogħol tagħna, nagħmlu tajjeb li nistaqsu lilna nfusna, ‘Huwa dan verament neċessarju?’ Meta nagħmlu hekk se niġu megħjunin nagħtu kas il-​parir ispirat: “Tkunux mogħtija għar-​regħba tal-​flus; kunu kuntenti b’dak li għandkom.”—Lhud 13:5.

4 Jekk nafdaw f’Jehovah, hu se jberikna. (Prov. 3:​5, 6) Għalkemm irridu naħdmu iebes biex niksbu l-​bżonnijiet taʼ kuljum, aħna ma niċċentrawx ħajjitna fuq dawn l-​affarijiet. Sew jekk għandna ftit jew ħafna, aħna nistrieħu fuq Jehovah biex jissodisfa l-​bżonnijiet tagħna. (Flp. 4:​11-13) B’riżultat taʼ dan, ingawdu kuntentizza li ġejja minn Alla flimkien maʼ ħafna barkiet oħra.

5 Imita l-​Fidi t’Oħrajn: Omm waħedha li kienet qed trabbi lil bintha fit-​triq tal-​verità ssimplifikat ħajjitha bil-​mod il-​mod. Għalkemm kienet tgawdi l-​kumditajiet taʼ darha, marret tgħix f’dar iżgħar u iktar tard f’appartament. Dan ippermettielha tnaqqas is-​sigħat tax-​xogħol sekulari tagħha sabiex tkun tistaʼ tiddedika iktar ħin għall-​ministeru. Wara li bintha kibret u żżewġet, l-​omm irtirat mix-​xogħol qabel iż-​żmien, avolja dan kien ifisser li d-​dħul finanzjarju tagħha kien se jerġaʼ jonqos. Oħtna issa ilha sebaʼ snin taqdi bħala pijuniera regulari u ma jiddispjaċiha xejn għas-​sagrifiċċji materjali li għamlet biex tpoġġi l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel f’ħajjitha.

6 Ħu anzjan u martu qdew bħala pijunieri għal ħafna snin filwaqt li rabbew lit-​tliet uliedhom. Bħala familja, tgħallmu jkunu kuntenti f’li jissodisfaw il-​bżonnijiet tagħhom minflok ma jpaxxu x-​xewqat tagħhom. Il-​ħu jikkummenta: “Kellna ngħixu b’mod iktar sempliċi. Għalkemm għaddejna minn żminijiet diffiċli, Jehovah dejjem ipprovdielna dak li kellna bżonn. . . . Meta nara lill-​familja tiegħi tpoġġi l-​interessi spiritwali l-​ewwel b’dan il-​mod, inħoss li kollox qiegħed kif suppost, u nħossni sodisfatt.” Martu żżid tgħid: “Meta nara [lil żewġi] okkupat bl-​affarijiet spiritwali, inħoss fija kuntentizza profonda.” It-​tfal ukoll jinsabu kuntenti li l-​ġenituri tagħhom iddeċidew li jaqdu lil Jehovah full-time.

7 Għal dawk kollha li jagħżlu ħajja bħal din taʼ devozzjoni lejn Alla minflok il-​ġiri wara l-​affarijiet materjali, il-​Bibbja twiegħed barkiet għonja kemm issa kif ukoll fil-​ħajja li ġejja.—1 Tim. 4:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja