LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/02 pp. 5-6
  • Il-Kapijiet tal-Familja—Iżommu Rutina Spiritwali Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Kapijiet tal-Familja—Iżommu Rutina Spiritwali Tajba
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Ibqaʼ Miexi b’Mod Progressiv f’Rutina Magħmula bl-Ordni
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Familji, Faħħru ’l Alla Bħala Parti mill-Kongregazzjoni Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Għajnuna għall-Familji
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Kif il-Membri tal-Familja Jikkooperaw għal Sehem Sħiħ —Fl-Istudju tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 11/02 pp. 5-6

Il-​Kapijiet tal-​Familja​—Iżommu Rutina Spiritwali Tajba

1 Minkejja li għex għal għaxriet taʼ snin f’nofs l-​idolatrija u l-​korruzzjoni taʼ Babilonja, Danjel kien magħruf bħala li kien jaqdi lil Jehovah “dejjem,” jew b’mod kostanti. (Dan. 6:​17, 21) Kif żamm l-​ispiritwalità tiegħu? Ir-​rekord Bibliku jindika li kellu rutina organizzata biex iwettaq l-​attivitajiet li huma konnessi mal-​qima vera. Per eżempju, kellu d-​drawwa li jitlob tliet darbiet kuljum fil-​kamra taʼ fuq tiegħu. (Dan. 6:11) Żgur li kellu wkoll rutina fissa għal attivitajiet spiritwali oħrajn, bħal dik li jaqra l-​Liġi. Għalhekk, meta Danjel iffaċċja prova li kienet taʼ theddida għal ħajtu, hu wera li d-​devozzjoni tiegħu lejn Jehovah kienet waħda soda, u ġie meħlus b’mod mirakoluż.—Dan. 6:​5-23.

2 Bl-​istess mod illum, aħna għandna nagħmlu ħilitna biex ‘nishru bla ma nieqfu,’ jew b’mod kostanti. (Efes. 6:18) Id-​dinja li ngħixu fiha “qiegħda taħt idejn il-​Ħażin.” (1 Ġw. 5:19) L-​oppożizzjoni jew il-​provi jistgħu jinqalgħu f’salt u jpoġġu l-​fidi tagħna taħt prova. Matul it-​tribulazzjoni l-​kbira, il-​qaddejja t’Alla se jkunu l-​mira taʼ attakk sfrenat minn Gog taʼ Magog, li se jkun jidher qisu ma jistgħux jeħilsu minnu. Dan se jirrikjedi fiduċja sħiħa f’Jehovah.—Eżek. 38:​14-​16.

3 “Huwa importanti li l-​qari, l-​istudju, u d-​diskussjoni effettiva mill-​Bibbja bħala familja jkunu l-​mod taʼ ħajja tagħna.” Din kienet l-​introduzzjoni tad-​drama għall-​konvenzjoni distrettwali taʼ l-​1998 bit-​titlu “Familji—Agħmlu l-​Qari tal-​Bibbja Kuljum il-​Mod taʼ Ħajja Tagħkom!” Din kompliet tgħid: “Meta l-​familji jsegwu programm bħal dan b’mod regulari u b’tali mod li jagħmlu l-​Bibbja ħajja, se jkollhom rutina li tistaʼ teffettwa lill-​familja bil-​kbir. Iżżidilna l-​għarfien tagħna. Tqawwilna l-​fidi. Tipprovdilna wkoll eżempji xi nsegwu—irġiel u nisa fl-​antik li kienu tassew leali—li jistgħu jqanqluna, u b’hekk jinkuraġġuna biex nieħdu waqfa soda għall-​verità.” Hekk kif jikkunsidraw aspetti differenti taʼ rutina spiritwali tajba, il-​kapijiet tal-​familja għandhom ifittxu xi modi kif jistgħu jtejbu l-​programm spiritwali tal-​familji tagħhom.

4 Ikkunsidra l-​Kelma t’Alla Kuljum: “Meta s-​Saltna t’Alla taħkem mingħajr għedewwa u r-​rieda t’Alla tkun qed issir fuq l-​art bħalma ssir fis-​sema, l-​ebda bniedem feroċi—le, lanqas saħansitra l-​annimali ma se jagħmlu ‘aktar deni u anqas ħsara.’ (Is. 11:9; Mt. 6:​9, 10)” Dawn il-​kelmiet dehru fil-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum—2001 fil-​kummenti taʼ l-​iskrittura għall-​11 taʼ Settembru. Kemm kienet taʼ faraġ din it-​tfakkira! Bħala kap tal-​familja, għandek int id-​drawwa taʼ kuljum li tikkunsidra l-​iskrittura u l-​kummenti mal-​familja tiegħek? Dan huwa taʼ benefiċċju kbir. Jekk m’huwiex possibbli li tinġabru flimkien fil-​għodu, forsi tistgħu tagħmluha f’xi ħin iktar tard matul il-​ġurnata. Missier taʼ familja qal: “Waqt l-​ikla taʼ fil-​għaxija huwa ħin tajjeb għalina biex niddiskutu l-​iskrittura Biblika tal-​jum.”

5 Jekk diġà għandek rutina tajba biex tiddiskuti l-​iskrittura tal-​jum mal-​familja tiegħek, tassew ħaqqek prosit. Forsi tkun tistaʼ tibbenefika iktar jekk fl-​istess ħin taqra porzjon mill-​Bibbja. Xi wħud għandhom id-​drawwa li jaqraw il-​kapitlu kollu minfejn tkun meħuda l-​iskrittura tal-​jum. Oħrajn jagħmlu qari suċċessiv, billi jagħżlu li jaqraw wieħed mill-​kotba tal-​Bibbja ftit ftit. Il-​qari regulari tal-​Bibbja se jgħin lill-​membri tal-​familja tiegħek jikkultivaw biżaʼ bnin milli joffendu lil Jehovah u se jqawwilhom ix-​xewqa biex jagħmlu r-​rieda tiegħu.—Dt. 17:​18-20.

6 Il-​programm taʼ qari tal-​Bibbja u l-​eżaminar taʼ l-​iskrittura tal-​jum b’mod regulari mal-​familja tiegħek se jkunu iktar taʼ benefiċċju jekk tieħu ftit minuti biex tiddiskuti l-​valur prattiku taʼ l-​informazzjoni. F’paġna 60, il-​ktieb Ministry School jagħti dawn is-​suġġerimenti: “Tistgħu . . . tagħżlu ftit versi mill-​iskeda tal-​qari tal-​Bibbja għal dik il-​ġimgħa, tiddiskutu t-​tifsira tagħhom, u mbagħad tistaqsu mistoqsijiet bħal dawn: ‘Dan kif jipprovdi gwida għalina? Kif nistgħu nużaw dawn il-​versi fil-​ministeru? X’juru dwar Jehovah u l-​mod kif jagħmel l-​affarijiet, u kif jibnilna l-​apprezzament tagħna għalih?’” Konversazzjonijiet spiritwali bħal dawn se jgħinu lil dawk kollha taʼ darek biex jibqgħu ‘jfittxu x’inhi r-​rieda tal-​Mulej.’—Efes. 5:17.

7 Studju tal-​Familja: Il-​fatt li jikkonduċu l-​istudju tal-​familja kull ġimgħa, huwa mod mill-​aqwa kif il-​kapijiet tal-​familja juru lit-​tfal tagħhom li l-​affarijiet spiritwali għandhom jiġu fl-​ewwel post. Wieħed raġel żagħżugħ jiftakar: “Xi drabi missieri tant kien jiġi għajjien mix-​xogħol li bil-​kemm kien ikun jiflaħ jitkellem, iżda l-​istudju kien isir xorta waħda, u dan għenna napprezzaw kemm huwa importanti.” It-​tfal ukoll jistgħu jagħmlu l-​parti tagħhom biex dan l-​arranġament jirnexxi. Familja b’disat itfal kienet regolarment tqum fil-​ħamsa biex tagħmel l-​istudju tal-​familja minħabba li ma kienx possibbli li tagħmel dan f’ħin ieħor.

8 Biex l-​istudju tal-​familja jkun wieħed effettiv, il-​kap tal-​familja għandu ‘jgħasses fuq it-​tagħlim tiegħu.’ (1 Tim. 4:16) F’paġna 32, il-​ktieb Ministry School jistqarr: “Nistgħu ngħidu li studju tal-​familja effettiv jibda b’eżami tal-​familja tiegħek stess. Il-​membri tal-​familja tiegħek kif sejrin spiritwalment? . . . Meta tkun fil-​ministeru taʼ l-​għalqa maʼ wliedek, iħossuhom komdi meta jidentifikaw ruħhom maʼ sħabhom bħala li huma Xhieda taʼ Jehovah? Jieħdu gost bil-​programm tal-​qari u bl-​istudju tal-​Bibbja bħala familja? Qegħdin tassew jagħmlu t-​triq taʼ Jehovah l-​mod taʼ ħajja tagħhom? Jekk tosservahom bir-​reqqa se tara x’għandek tagħmel int bħala l-​kap tad-​dar biex tistabbilixxi u tibni kwalitajiet spiritwali f’kull membru tal-​familja tiegħek.”

9 Laqgħat tal-​Kongregazzjoni: Il-​preparazzjoni u l-​attendenza għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni għandhom ikunu parti importanti mir-​rutina tiegħek taʼ kull ġimgħa. (Lhud 10:​24, 25) Kultant forsi tkun tistaʼ tipprepara għal-​laqgħat mal-​familja tiegħek. Minflok ma tistenna sa l-​aħħar minuta, tistaʼ tirranġa biex tipprepara sew minn qabel? Rutina organizzata għal dan se ttejjeb kemm il-​kwalità tal-​preparazzjoni tiegħek kif ukoll il-​benefiċċji li tgawdi mil-​laqgħat.—Prov. 21:5.

10 Il-​kwalità u l-​konsistenza huma karatteristiċi taʼ rutina spiritwali effettiva. Imma xi ngħidu jekk iċ-​ċirkustanzi jagħmluhielek diffiċli biex tipprepara għal-​laqgħat kollha? Il-​ktieb Ministry School, f’paġna 31, jagħmel dan is-​suġġeriment: “Tħallix li taqaʼ fin-​nassa taʼ li tagħti daqqa t’għajn ħafifa lill-​materjal biex tgħid għamiltu, jew, agħar minn hekk, ma tistudja xejn minnu għax ma tkunx tistaʼ tippreparah kollu. Minflok, ara kemm tistaʼ tistudja, u studjah sew. Agħmel dan kull ġimgħa. Maż-​żmien, agħmel sforz biex iżżid sabiex tinkludi l-​laqgħat l-​oħra wkoll.”

11 Meta l-​familji jaslu kmieni għal-​laqgħat, se jiġu megħjunin biex ikollhom l-​attitudni mentali xierqa ħalli jfaħħru lil Jehovah u jibbenefikaw mill-​istruzzjonijiet li jipprovdi hu. Il-​familja tiegħek għandha din id-​drawwa? Din tirrikjedi ppjanar tajjeb u kooperazzjoni minn kull membru tal-​familja. Jekk taʼ spiss tinnota li l-​membri tal-​familja tiegħek ikollhom jibdew iħaffu u jkunu imferfxin fil-​lejla tal-​laqgħat, tistgħu tagħmlu xi aġġustamenti fir-​rutina tagħkom? Hemm xi affarijiet li tistgħu tieħdu ħsiebhom minn qabel? Jekk xi membru tal-​familja huwa mgħobbi żżejjed, jistgħu l-​oħrajn jgħinuh? Taħseb li l-​istress se jonqos jekk kulħadd ikun lest biex jitlaq għal-​laqgħa ftit minuti iktar kmieni? Organizzazzjoni tajba se tikkontribwixxi għal spirtu taʼ paċi kemm fil-​familja kif ukoll fil-​kongregazzjoni.—1 Kor. 14:​33, 40.

12 Servizz taʼ l-​Għalqa: Parti oħra minn rutina spiritwali tajba hi li tistabbilixxu ħin definit biex toħorġu fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Żagħżugħ li jismu Jayson jiftakar: “Il-​familja tiegħi dejjem kienet tiddedika s-​Sibt fil-​għodu għas-​servizz taʼ l-​għalqa. Dan kien tajjeb għalija għax iktar ma kont noħroġ fil-​ministeru, iktar stajt nara kemm joħroġ ġid minnu u iktar bdejt nieħu pjaċir.” Ħafna li trabbew fil-​verità osservaw bl-​istess mod li l-​fatt li jkollhom ħin definit għall-​ministeru kull ġimgħa, għenhom biex jagħmlu progress bħala ministri Kristjani.

13 Rutina organizzata tistaʼ wkoll tkun t’għajnuna biex il-​ħin li l-​familja tiegħek tqattaʼ fis-​servizz ikun wieħed iktar pjaċevoli u iktar produttiv. Kif jistaʼ jsir dan? F’paġna 21 taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Lulju, 1999, insibu dawn is-​suġġerimenti: “Ġieli tużaw ftit mill-​ħin taʼ l-​istudju tal-​familja biex tgħinu lill-​membri tal-​familja tagħkom jippreparaw għas-​servizz taʼ l-​għalqa taʼ dik il-​ġimgħa? Dan jistaʼ jkun verament taʼ benefiċċju. (2 Timotju 2:15) Jistaʼ jgħin biex is-​servizz tagħkom ikun sinifikanti u produttiv. Kultant, forsi tistgħu twarrbu sessjoni sħiħa taʼ l-​istudju għal din il-​preparazzjoni. Iktar taʼ spiss, tistgħu tiddiskutu fil-​qosor xi aspetti tal-​ministeru taʼ l-​għalqa, u dan jistaʼ jsir fi tmiem l-​istudju tal-​familja jew f’xi ħin ieħor matul il-​ġimgħa.” Il-​familja tiegħek ipprovat tagħmel dan?

14 Ibqaʼ Agħmel Progress: Minn dan il-​lat, innotajt fejn il-​familja tiegħek sejra tajjeb? Faħħarha, u stinka biex titjieb. Jekk tinnota ħafna aspetti fejn tistaʼ titjieb, agħżel punt jew tnejn biex l-​ewwel taħdem fuqhom. Meta dawn isiru parti mir-​rutina spiritwali tiegħek, aħdem fuq xi żewġ punti oħra. Kun pożittiv u raġunevoli. (Flp. 4:​4, 5) Biex tistabbilixxi rutina spiritwali tajba mal-​familja tiegħek teħtieġ ħafna sforz, iżda dan m’huwiex għalxejn, għax Jehovah jassigurana: “Lil min jimxi bis-​sewwa nurih is-​salvazzjoni taʼ Alla.”—Salm 50:23.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja