No Blood—Medicine Meets the Challenge—Vidjo li Trid Tarah
Kemm inti informat sew dwar l-għażliet li huma disponibbli fejn tidħol il-mediċina mingħajr demm? Taf x’inhuma xi alternattivi għal trasfużjoni u kif jaħdmu? Ara dan il-vidjo, u ittestja l-għarfien tiegħek bil-mistoqsijiet li ġejjin.—Nota: Peress li dan il-vidjo jinkludi xi xeni qosra t’operazzjonijiet, il-ġenituri għandhom jużaw l-għaqal meta jaraw dan il-vidjo maʼ tfal żgħar.
(1) X’inhi r-raġuni ewlenija għala x-Xhieda taʼ Jehovah jirrifjutaw it-trasfużjonijiet tad-demm, u dan il-prinċipju fejn jinsab fil-Bibbja? (2) Fejn tidħol il-kura medika, aħna x’nixtiequ? (3) Liema dritt bażiku għandhom il-pazjenti? (4) Wieħed għala jkun qed juża r-raġuni u jkun qed jaġixxi b’mod responsabbli meta jirrifjuta t-trasfużjonijiet tad-demm? (5) Meta wieħed jitlef ħafna demm, liema żewġ prijoritajiet urġenti jkollhom it-tobba? (6) Liema riskji għas-saħħa huma assoċjati mat-trasfużjonijiet tad-demm? (7) X’inhuma xi għodod li jistgħu jużaw il-kirurgi biex inaqqsu t-telf tad-demm matul xi operazzjoni? (8) X’għandek trid tkun taf dwar kwalunkwe alternattiva għal trasfużjoni? (9) Jistgħu jsiru operazzjonijiet serji u komplikati mingħajr l-użu tat-trasfużjonijiet tad-demm? (10) X’inhuma lesti li jagħmlu għax-Xhieda taʼ Jehovah għadd li qed jiżdied taʼ tobba, u eventwalment x’tistaʼ ssir il-proċedura normali taʼ kura li tintuża għall-pazjenti kollha?
Bla dubju, ikun tajjeb li naraw il-vidjo No Blood flimkien maʼ l-istudenti tal-Bibbja, imseħbin fiż-żwieġ jew qraba li m’humiex Xhieda, dawk fuq ix-xogħol, għalliema, u tfal fl-iskola li jistgħu jqajmu mistoqsijiet dwar il-waqfa tagħna fuq id-demm. Jekk wieħed jaċċettax xi tip taʼ kura li tissemma f’dan il-vidjo jew le hija deċiżjoni individwali bbażata fuq il-kuxjenza tiegħu.—Ara “Mistoqsijiet mill-Qarrejja” fil-ħarġiet taʼ It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Ġunju u l-15 t’Ottubru, 2000.