LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/03 p. 1
  • Ngħixu fi Qbil mad-Dedikazzjoni Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ngħixu fi Qbil mad-Dedikazzjoni Tagħna
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Ibqaʼ Aqdi lil Jehovah b’Qalb Soda
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Qiegħed Int Tgħix fi Qbil mad-Dedikazzjoni Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Inwettqu d-Dedikazzjoni Tagħna “Jum Wara Jum”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Għala Għandek Tiddedika Lilek Innifsek lil Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 1/03 p. 1

Ngħixu fi Qbil mad-​Dedikazzjoni Tagħna

1 Kemm jekk tgħammidt reċentement u kemm jekk tgħammidt għaxriet taʼ snin ilu, int x’aktarx li tiftakar dik il-​ġrajja importanti f’ħajtek. Il-​magħmudija tagħna m’hijiex it-​tmiem imma, għal kuntrarju, hija l-​bidu taʼ ħajja taʼ servizz dedikat li jistaʼ jibqaʼ għal dejjem. (1 Ġw. 2:​17) X’inhu involut f’li ngħixu fi qbil mad-​dedikazzjoni tagħna?

2 Segwi l-​Eżempju taʼ Kristù: Hekk kif tgħammed, Ġesù ‘beda l-​ministeru tiegħu,’ ixandar “l-​Evanġelju tas-​Saltna taʼ Alla.” (Lq. 3:​23; 4:​43) Bl-​istess mod, hekk kif issimbolizzajna d-​dedikazzjoni tagħna lil Jehovah bil-​magħmudija, aħna sirna ministri ordnati taʼ l-​aħbar tajba. Għalkemm jeħtieġ ħafna ħin u sforz biex niksbu l-​bżonnijiet materjali tal-​ħajja, il-​vokazzjoni, jew ix-​xogħol ewlieni, tagħna hija l-​ministeru Kristjan. (Mt. 6:​33) Minflok ma jissieltu biex jiksbu għana jew fama, dawk li huma dedikati lil Alla jfittxu li jagħtu ‘ġieħ lill-​ministeru tagħhom,’ bħalma għamel l-​appostlu Pawlu. (Rum. 11:13) Tgħożż int il-​privileġġ li taqdi lil Jehovah u tagħmel int l-​aħjar li tistaʼ?

3 Bħal fil-​każ taʼ Ġesù, aħna għandna ‘nieqfu lix-​xitan.’ (Ġak. 4:7) Satana ttanta lil Ġesù eżatt malli Hu tgħammed, u qed jimmira li jagħmel l-​istess illum lill-​qaddejja dedikati taʼ Jehovah. (Lq. 4:​1-​13) Minħabba li ninsabu mdawrin bid-​dinja taʼ Satana, aħna għandna nuru l-​kontroll fuqna nfusna, filwaqt li nevitaw dak kollu li jniġġes lil moħħna jew iħassrilna lil qalbna. (Prov. 4:​23; Mt. 5:​29, 30) Il-​Kristjani huma mwissijin li ‘ma jistgħux jaqsmu fil-​Mejda tal-​Mulej u fil-​mejda tad-​demonji.’ (1 Kor. 10:21) Dan jirrikjedi li nħarsu lilna nfusna mid-​divertiment mhux xieraq, mis-​sħubija ħażina, u mill-​perikli taʼ l-​Internet. Jeħtieġ ukoll li nevitaw materjal apostat. Il-​fatt li nkunu għassa għal dawn l-​affarijiet u għal tattiċi oħra taʼ Satana se jgħinna ngħixu fi qbil mad-​dedikazzjoni tagħna.

4 Uża l-​Provvedimenti t’Alla: Sabiex jgħinna ngħixu fi qbil mad-​dedikazzjoni tagħna, Jehovah ipprovdielna għajnuna permezz tal-​Kelma tiegħu u tal-​kongregazzjoni Kristjana. Agħmel il-​qari tal-​Bibbja u t-​talb lil Jehovah parti mir-​rutina tiegħek taʼ kuljum. (Ġoż. 1:8; 1 Tess. 5:​17) Tgħaxxaq bil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. (Salm 122:1) Issieħeb maʼ dawk li jibżgħu minn Jehovah u jżommu l-​ordnijiet tiegħu.​—Salm 119:63.

5 Permezz t’appoġġ divin, int tistaʼ tgħix fi qbil mad-​dedikazzjoni tiegħek lil Jehovah u ssib il-​ferħ f’li taqdih għal dejjem.​—Salm 22:​27, 28 (22:​26, 27, New World Translation); Flp. 4:​13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja