Arranġament Ġdid għal-Libreriji tas-Sala tas-Saltna
Għal ħafna snin issa, il-kongregazzjonijiet madwar id-dinja bbenefikaw mill-użu tal-librerija fis-Sala tas-Saltna tagħhom, li qabel kienet imsejħa l-librerija taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. Fil-passat, kull kongregazzjoni kien jeħtieġ li jkollha l-librerija tagħha. Illum, ħafna Swali tas-Saltna qed jintużaw minn iktar minn kongregazzjoni waħda, u xi ftit huma kongregazzjonijiet taʼ lingwa barranija. Għalhekk, jidher li jkun aħjar jekk ikun hemm librerija waħda li tkun armata tajjeb u aġġornata f’kull lingwa tal-gruppi li jużaw is-Sala tas-Saltna. Fis-Swali tas-Saltna li għandhom iktar minn awditorju wieħed, kull awditorju għandu jkollu librerija għal kull grupp differenti taʼ lingwa li jiltaqaʼ hemmhekk.
Huwa mistenni li dan l-arranġament se jgħin biex ma jkunx hemm ħela taʼ spazju u flus. Iktar minn hekk, meta l-libreriji taʼ żewġ kongregazzjonijiet jew iktar jingħaqdu f’waħda x’aktarx li se jkunu ferm aħjar. Meta dawn il-libreriji jingħaqdu, kopji taʼ kotba żejda jistgħu jiġu merfugħin u iktar tard jintużaw meta jinbnew Swali tas-Saltna ġodda. Jekk fis-Sala tas-Saltna jkun hemm kompjuter bil-Watchtower Library fuq CD-ROM, xi wħud jistgħu jsibu din l-għodda t’għajnuna kbira.
Għal kull librerija fis-Sala tas-Saltna, għandu jkun hemm ħu wieħed, li preferibbilment ikun wieħed mill-indokraturi taʼ lIskola tal-Ministeru Teokratiku, li jaqdi bħala librar. Hu għandu jibqaʼ jżid bil-mod il-mod pubblikazzjonijiet xierqa mal-kollezzjoni, billi jimmarkahom pulit fuq in-naħa taʼ ġewwa tal-qoxra biex juri li huma l-propjetà tal-librerija tas-Sala tas-Saltna. Minn taʼ l-inqas darba fis-sena, għandu jiċċekkja l-librerija biex jara li l-pubblikazzjonijiet kollha qegħdin hemm u li kollha huma f’kundizzjoni tajba. Pubblikazzjonijiet minn dawn il-libreriji m’għandhomx joħorġu mis-Sala tas-Saltna.
Il-librerija tas-Sala tas-Saltna għadha taʼ valur kbir għal dawk kollha li jassoċjaw mal-kongregazzjoni. Jalla aħna personalment nuru li dan il-provvediment huwa taʼ valur għalina billi nieħdu ħsieb u nużaw il-librerija biex infittxu “t-tagħrif taʼ Alla.”—Prov. 2:5.