LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/03 p. 6
  • Tfakkiriet għat-Tifkira

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tfakkiriet għat-Tifkira
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Tfakkiriet għall-Mafkar
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Tfakkiriet għat-Tifkira
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Tfakkiriet għall-Mafkar
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Tfakkiriet għall-Mafkar
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 3/03 p. 6

Tfakkiriet għat-​Tifkira

Din is-​sena l-​osservanza tat-​Tifkira tal-​mewt taʼ Ġesù se tkun nhar l-​Erbgħa, 16 t’April. L-​anzjani għandhom jagħtu attenzjoni għall-​affarijiet li ġejjin:

◼ Meta tistabbilixxu l-​ħin tal-​laqgħa, kunu ċerti li l-​emblemi ma jitqassmux qabel inżul ix-​xemx.

◼ Kulħadd, inkluż il-​kelliemi, għandu jinforma ruħu dwar il-​ħin u l-​post eżatt taʼ l-​osservanza.

◼ Għandu jinkiseb u jitlesta t-​tip xieraq taʼ ħobż u nbid.​—Ara t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Marzu, 1985, paġna 17.

◼ Platti, tazzi, kif ukoll mejda u tvalja addattati għandhom jinġiebu fis-​sala u jitpoġġew f’posthom minn qabel.

◼ Is-​Sala tas-​Saltna jew xi post ieħor fejn se ssir il-​laqgħa jrid jitnaddaf sew minn qabel.

◼ L-​attendants u dawk li se jservu jridu jintgħażlu u jingħataw istruzzjonijiet bil-​quddiem rigward l-​inkarigi tagħhom, il-​proċedura xierqa li trid tiġi segwita, u dwar il-​bżonn taʼ lbies u dehra rispettabbli.

◼ Għandhom isiru arranġamenti biex xi ħadd iservi lil dawk l-​uħud mill-​midlukin li ma jkunux jifilħu u ma jistgħux ikunu preżenti.

◼ Meta iktar minn kongregazzjoni waħda tkun se tuża l-​istess Sala tas-​Saltna, għandu jkun hemm koordinazzjoni tajba bejn il-​kongregazzjonijiet sabiex jevitaw l-​iffollar bla bżonn fl-​intrata jew fid-​daħla, fuq il-​bankini, u fil-​post taʼ l-​ipparkjar. Fejn ikun possibbli, huwa tajjeb li jkun hemm 45 minuta bejn osservanza u oħra.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja