LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/03 p. 1
  • ‘Niddu bħal Kwiekeb’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Niddu bħal Kwiekeb’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Żgħażagħ li Qed Jiddu Bħala Dawwala
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Ħallu d-dawl tagħkom jiddi biex tigglorifikaw lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • “Hekk Għandu Jiddi d-Dawl Tagħkom”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Min Huma Dawk li Qegħdin Isegwu d-Dawl tad-Dinja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 4/03 p. 1

‘Niddu bħal Kwiekeb’

1 Fis-​sistema preżenti li hi spiritwalment u moralment mudlama, hemm madwar sitt miljun qaddej taʼ dak Alla veru, Jehovah, li qegħdin ‘jiddu bħal kwiekeb’ f’234 pajjiż madwar id-​dinja. (Flp. 2:​15) Dan jagħmilna nispikkaw. Aħna kif nirriflettu d-​dawl prezzjuż tal-​verità li jiġi mingħand Jehovah?—2 Kor. 3:​18.

2 Bl-​Azzjonijiet Tagħna: In-​nies malajr jinnotaw il-​kondotta tagħna. (1 Pt. 2:​12) Waħda mara osservat li wieħed Xhud li kien jaħdem magħha kien qalbu tajba u lest li jgħin u ma kienx jitkellem ħażin jew jidħaq b’ċajt pastaż. Meta xi wħud ipprovaw jipprovokaw lix-​Xhud billi qagħdu jitkellmu ħażin quddiemu, hu baqaʼ kalm iżda sod għal dak li hu tajjeb. Dan x’effett kellu fuq il-​mara? Hi tiftakar: “Tant kont impressjonata bil-​kondotta tiegħu li bdejt nistaqsi mistoqsijiet dwar il-​Bibbja. Bdejt nistudja l-​Kelma t’Alla u iktar tard tgħammidt.” Hi tkompli tgħid: “Kienet il-​kondotta tiegħu li kkonvinċietni biex neżamina t-​twemmin tax-​Xhieda taʼ Jehovah.”

3 L-​attitudni tagħna lejn l-​awtorità, il-​ħarsa tagħna lejn il-​prattiċi tad-​dinja, u l-​mod xieraq kif nitkellmu jġagħlu lix-​Xhieda taʼ Jehovah jispikkaw bħala nies li jgħixu fi qbil mal-​livelli għoljin tal-​Bibbja. Għemejjel tajbin bħal dawn jistgħu jġibu glorja lil Jehovah u jħajru lil oħrajn iqimuh.

4 Bil-​Kliem Tagħna: M’għandniex xi ngħidu, jekk ma nitkellmux dwar it-​twemmin tagħna, dawk li jaraw l-​għemejjel tajbin tagħna għandhom mnejn ma jkunux jafu għala aħna differenti. Jafu dawk li jaħdmu miegħek jew li jmorru l-​iskola miegħek li int wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah? Tfittex int opportunitajiet biex iddawwar konversazzjoni normali f’xiehda? Determinat int li tħalli ‘d-​dawl tiegħek jiddi quddiem il-​bnedmin’ f’kull okkażjoni xierqa?—Mt. 5:​14-​16.

5 Sabiex inwettqu l-​inkarigu tagħna bħala dawwala jrid ikollna spirtu taʼ li nkunu lesti nagħmlu sagrifiċċju persunali. Jekk l-​attitudni tagħna tkun li nagħtu b’ruħna kollha, se nitqanqlu biex niċċaħħdu minn affarijiet inqas importanti sabiex nagħmlu kemm nistgħu fix-​xogħol li jsalva l-​ħajjiet, jiġifieri, ix-​xandir u li nagħmlu dixxipli.​—2 Kor. 12:15.

6 Jalla nkomplu niddu bħala dawwala permezz taʼ l-​azzjonijiet u l-​kliem tagħna. Jekk nagħmlu dan, oħrajn se jitqanqlu jingħaqdu magħna biex ilkoll flimkien nagħtu glorja lil Jehovah.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja