X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Mej.
“Kuljum nisimgħu b’rapporti taʼ vjolenza. Taħseb li kundizzjonijiet bħal dawn qatt eżistew qabel? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ara x’tgħid il-Bibbja. [Aqra Mattew 24:37.] Iż-żminijiet taʼ Noè tant kienu ħżiena li Alla neħħa għalkollox lill-ħżiena kollha minbarra lil Noè u l-familja tiegħu. Din ir-rivista turi kif dawk il-ġrajjiet għandhom tifsira għalina llum.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Ġun.
“Rapporti li l-fondi li jingħataw qed jintużaw ħażin ġagħlu lil ħafna nies jitħassbu jekk huwiex għaqli li jagħtu donazzjonijiet għall-karità. Madankollu hawn ħafna nies li huma fil-bżonn. X’taħseb li jistaʼ jsir? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Lhud 13:16.] Din ir-rivista tispjega x’tip t’għoti jogħġob lil Alla.”
Stenbaħ! 8 taʼ Ġun.
“Jidher li n-nies illum ma jqisux il-morali u l-manjieri tajbin kif kienu jqisuhom qabel. Taħseb li dan huwa minnu? [Agħti ċans għal tweġiba.] Taʼ interess, il-Bibbja ħabbritu dan. [Aqra t-2 Timotju 3:1-5.] Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! tispjega għala l-valuri tal-bniedem qed jinbidlu u x’hemm lest fil-futur.”