X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Lul.
“Ħafna nnotaw li iktar u iktar nies qed jinqatgħu għalihom infushom. Taħseb li din hija xi ħaġa għaqlija? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota dan il-proverbju għaqli li juri kemm hi importanti l-kumpanija. [Aqra Koħèlet 4:9, 10.] Din ir-rivista tiddiskuti għala lkoll kemm aħna għandna bżonn lil oħrajn u kif il-problema taʼ l-iżolament tistaʼ tiġi solvuta.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 t’Awis.
“Kont taf li skond rapport wieħed, iktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja tgħix b’inqas minn 82ċ kuljum? Taħseb li tistaʼ ssir xi ħaġa biex titranġa din is-sitwazzjoni? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din il-ħarġa tat-Torri taʼ l-Għassa tiġbed l-attenzjoni lejn is-soluzzjoni permanenti għall-faqar kif murija fil-Bibbja.”—Aqra Salmi 72:12, 13 16.
Stenbaħ! 8 t’Awis.
“Ħafna nies jinkwetaw minħabba l-fatt li l-pornografija hija faċli tinkiseb minn ħafna. Taħseb li din hija ħaġa taʼ min jinkwieta dwarha? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-parir prattiku li nsibu fil-Bibbja jistaʼ jipproteġina. [Aqra Efesin 5:3, 4.] Din ir-rivista turi kif nistgħu nipproteġu lilna nfusna minn dan il-periklu qarrieqi.”