Il-Konvenzjonijiet Distrettwali u Internazzjonali Jħeġġuna biex Nagħtu Glorja lil Alla!
Il-Konvenzjonijiet Distrettwali u Internazzjonali “Agħtu Glorja lil Alla” li saru s’issa taw xiehda ġmielha. Dawn l-okkażjonijiet teokratiċi li jispikkaw servew biex ifaħħru bil-kbir lill-isem taʼ Jehovah u jtejbu l-abbiltà tagħna biex ‘nagħtu lil [Jehovah] is-sebħ taʼ ismu.’ (Salm 96:8) Verament, hu jixraqlu li jiġi glorifikat minħabba l-għeġubijiet tiegħu tal-ħolqien li jirriflettu l-kwalitajiet mill-isbaħ tiegħu.—Ġob 37:14; Apk. 4:11.
Waqt li tuża l-mistoqsijiet li ġejjin flimkien man-noti persunali tiegħek, ipprepara għar-reviżjoni tal-programm tal-konvenzjoni li se ssir fil-ġimgħa taʼ l-20 t’Ottubru u ħu sehem fiha.
1. Il-ħolqien bla ħajja kif jiddikjara l-glorja t’Alla, u dan kif inhu differenti mill-mod kif ifaħħruh il-bnedmin? (Salm 19:2-4 [19:1-3, NW]; “Il-Ħolqien Jiddikjara l-Glorja t’Alla”)
2. Liema realtà preżenti tiffigura bil-quddiem it-trasfigurazzjoni, u l-Kristjani llum b’liema mod huma mħeġġin biex jagħmlu l-almu tagħhom minħabba din ir-realtà? (Taħdita prinċipali, “Viżjonijiet Profetiċi Glorjużi Jħeġġuna biex Nagħmlu l-Almu Tagħna!”)
3. Kif nistgħu nikkultivaw l-istess tip t’umiltà li wera l-profeta Danjel, u kif se nibbenefikaw jekk nagħmlu dan? (Dan. 9:2, 5; 10:11, 12; “Il-Glorja taʼ Jehovah Rivelata lil Nies Umli”)
4. (a) Liema tliet affarijiet dwar il-ġudizzju divin nistgħu nitgħallmu mill-profezija t’Għamos? (Għam. 1:3, 11, 13; 9:2-4, 8, 14) (b) Liema lezzjoni prattika jistgħu jieħdu x-Xhieda taʼ Jehovah illum mill-eżempju taʼ twissija li jinsab f’’Għamos 2:12? (“Il-Profezija t’Għamos—Il-Messaġġ Tagħha għal Żmienna”)
5. (a) X’perikli hemm għal min ma jużax l-alkoħol bil-moderazzjoni, anki jekk l-individwu ma jiskirx? (b) Kif jistaʼ dak li jkun jirranġa l-problema tiegħu tan-nuqqas taʼ moderazzjoni? (Mk. 9:43; Efes. 5:18; “Aħrab in-Nassa taʼ l-Abbuż mill-Alkoħol”)
6. Kif qed tibbenefika mill-pubblikazzjoni l-ġdida “See the Good Land” (“Ara l-Art Tajba”)? (“‘L-Art Tajba’—Dehra bil-Quddiem tal-Ġenna taʼ l-Art”)
7. B’liema tliet modi nistgħu ‘nirriflettu bħal f’mera l-glorja taʼ Jehovah’? (2 Kor. 3:18; ‘Irriflettu bħal f’Mera l-Glorja taʼ Jehovah’)
8. Minfejn tiġi l-mibegħda li mhix ġustifikata, u x’jistaʼ jgħinna nżommu l-integrità tagħna minkejja li nesperjenzaw mibegħda bħal din? (Salm 109:1-3; “Mibgħudin Għalxejn”)
9. X’inhi l-ħarsa bħal taʼ Kristu lejn il-kobor, u kif jistaʼ individwu jiddetermina li għandu bżonn jikkultiva aħjar din il-ħarsa? (Mt. 20:20-26; “Nikkultivaw Ħarsa bħal taʼ Kristu Lejn il-Kobor”)
10. X’jistaʼ jgħinna nibqgħu b’saħħitna spiritwalment minkejja l-għeja fiżika? (“Negħjew, imma Ma Naqtgħux Qalbna”)
11. Liema huma xi wħud mill-aġenti li juża Satana biex jippromwovi l-gideb, u liema hi t-tweġiba Skritturali xierqa għal min jipprova jdgħajfilna l-fidi? (Ġw. 10:5; “Oqogħdu Attenti minn ‘Leħen Barrani’”)
12. (a) Kif jistgħu l-ġenituri jsegwu l-eżempju taʼ Ġesù mniżżel f’Mark 10:14, 16? (b) X’jolqtok l-iktar dwar il-ktieb il-ġdid Learn From the Great Teacher (Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir)? (“Uliedna—Wirt Prezzjuż”)
13. Iż-żgħażagħ kif qed ifaħħru lil Jehovah? (1 Tim. 4:12, “Kif iż-Żgħażagħ Qed Ifaħħru lil Jehovah”)
14. Liema kienu l-iktar xeni li laqtuk mid-drama “Nagħtu Xiehda bil-Qlubija Minkejja l-Oppożizzjoni”?
15. Kif nistgħu nimitaw l-eżempju li ħallewlna (a) Pietru u Ġwanni? (Atti 4:10) (b) Stiefnu? (Atti 7:2, 52, 53) (ċ) il-kongregazzjoni Kristjana taʼ l-ewwel seklu? (Atti 9:31; drama u t-taħdita “Iddikjara l-Aħbar Tajba ‘bla Waqfien’”)
16. (a) B’liema modi għamilna riżoluzzjoni li se nagħtu glorja lil Alla? (b) Minn xiex nistgħu nkunu ċerti hekk kif napplikaw dak li tgħallimna fil-Konvenzjonijiet “Agħtu Glorja lil Alla”? (Ġw. 15:9, 10, 16; “Ibqgħu ‘Agħmlu Ħafna Frott’ għall-Glorja taʼ Jehovah”)
Meta nimmeditaw fuq it-tagħlim spiritwali mill-aqwa li ġie preżentat fil-konvenzjoni, se nitħeġġu biex nipprattikaw l-affarijiet li tgħallimna. (Flp. 4:8, 9) Dan se jsaħħaħ id-determinazzjoni tagħna biex ‘nagħmlu kollox għall-glorja taʼ Alla.’—1 Kor. 10:31.