X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Diċ.
“F’dan iż-żmien tas-sena, ħafna nies jaħsbu dwar it-twelid taʼ Ġesù. Qatt ħsibt dwar x’tip taʼ familja trabba fija? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Luqa 2:51, 52.] Din il-ħarġa tat-Torri taʼ l-Għassa tiddiskuti lezzjonijiet prattiċi li nistgħu nitgħallmu mir-rakkont Bibliku dwar it-trobbija taʼ Ġesù.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Jan.
“Ħafna nies jixxennqu għall-paċi fuq l-art. Taħseb li qatt nistgħu naraw it-twettiq taʼ dan il-kliem? [Aqra Salm 46:10 (46:9, NW). Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Din il-ħarġa tat-Torri taʼ l-Għassa tiddiskuti kif dan se jitwettaq u għala jistaʼ jkollna fiduċja fil-wegħda t’Alla dwar dinja mingħajr gwerer.”
Stenbaħ! 8 taʼ Jan.
“Ilkoll kemm aħna nixtiequ naraw li uliedna jkollhom ħajja ferħana u taʼ suċċess. X’taħseb li t-tfal għandhom bżonn l-iktar sabiex ikampaw mad-dinja stressanti taʼ llum? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Proverbji 22:6.] Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! tiddiskuti x’għandhom bżonn it-tfal u kif il-ġenituri jistgħu jipprovdu dawn il-bżonnijiet.”