X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Diċ.
“F’dan iż-żmien tas-sena, nies minn madwar id-dinja kollha jiftakru fit-twelid taʼ Ġesù b’modi differenti. Kont taf li l-profezija tal-Bibbja torbot it-twelid taʼ Ġesù maʼ paċi dejjiema? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Isaija 9:5, 6 (9:6, 7, NW).] Din ir-rivista tispjega kif se tiġi din il-paċi.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Jan.
“Il-maġġuranza tar-reliġjonijiet jgħallmu li n-nies għandhom iħobbu lill-proxxmu. [Aqra Mattew 22:39.] Allura, għala taħseb li ħafna mill-gwerer u l-konflitti fid-dinja jinvolvu r-reliġjon? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din il-ħarġa tat-Torri taʼ l-Għassa teżamina l-mistoqsija, Tistaʼ r-reliġjon tgħaqqad lill-umanità?”
Stenbaħ! 8 taʼ Jan.
“Innotajt li s-soċjetà llum donnha qed tagħmel iktar u iktar enfasi fuq id-dehra tan-nies? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tiddiskuti xi ftit mill-perikli li jiġu meta xi ħadd ikun ossessjonat bis-sbuħija. Tenfasizza wkoll il-valur tat-tip taʼ sbuħija l-iktar importanti.” Aqra l-1 Pietru 3:3, 4.