X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Diċ.
“Matul l-istaġun tal-Milied, ħafna nies jipprovaw juru qalb tajba u mogħdrija. Taħseb int li d-dinja tkun post aħjar li kieku n-nies juru l-mogħdrija s-sena kollha? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra l-1 Pietru 3:8.] Din ir-rivista tispjega l-valur li għandha l-mogħdrija u ssemmi xi modi prattiċi kif nistgħu nuruha.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 taʼ Jan.
“Ħafna nies jitolbu biex tiġi s-Saltna t’Alla. Per eżempju, innota din it-talba magħrufa li Ġesù għallem lis-segwaċi tiegħu. [Aqra Mattew 6:9, 10.] Qatt ħsibt dwar x’inhi s-Saltna u meta se tiġi? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista turi x’tgħid il-Bibbja dwar din il-kwistjoni.”
Stenbaħ! Jan.-Mar.
“Taħseb li d-dinja issa hija iktar taʼ periklu għat-tfal milli kienet fil-passat? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna nies iħossu li qed ngħixu fiż-żmien deskritt f’dan il-vers. [Aqra t-2 Timotju 3:1-5.] Din ir-rivista tagħti xi suġġerimenti prattiċi dwar kif il-ġenituri jistgħu jipproteġu lil uliedhom minn dawk li jabbużaw sesswalment mit-tfal.”