LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/04 p. 1
  • Imita l-Ġustizzja taʼ Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imita l-Ġustizzja taʼ Jehovah
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Imita lil Jehovah—Eżerċita l-Ġustizzja u t-Tjieba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Jehovah—Is-Sors tal-Ġustizzja Vera u tat-Tjieba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • “Ilkoll ġusti t-triqat tiegħu”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • ‘Agħmel dak li hu ġust’ fl-imġiba tiegħek m’Alla
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 7/04 p. 1

Imita l-​Ġustizzja taʼ Jehovah

1 “Il-​Mulej iħobb il-​ħaqq.” (Salm 37:​28, Saydon) Għalhekk, għalkemm iddikjara li din id-​dinja inġusta se tinqered, hu għamel arranġamenti sabiex l-​ewwel tingħata twissija. (Mk. 13:10) Dan jagħti l-​opportunità lin-​nies biex jindmu u jsalvaw. (2 Pt. 3:9) Nagħmlu aħna ħilitna kollha biex nimitaw il-​ġustizzja taʼ Jehovah? Meta naraw il-​miżerja u s-​sofferenza li tinsab fihom il-​familja umana, inħossuna aħna mqanqlin biex naqsmu t-​tama tas-​Saltna m’oħrajn? (Prov. 3:27) L-​imħabba għall-​ġustizzja se ġġagħalna jkollna sehem attiv fl-​ippridkar.

2 Ippriedka Mingħajr Parzjalità: Meta nħabbru l-​iskop t’Alla lil kulħadd mingħajr parzjalità, inkunu qed ‘nagħmlu dak li hu ġust.’ (Mik. 6:8) Irridu nirreżistu l-​inklinazzjoni imperfetta li naqbdu u niġġudikaw lil ħaddieħor minn dak li jidher minn barra. (Ġak. 2:​1-4, 9) Jehovah “irid li l-​bnedmin kollha jsalvaw u jaslu biex jagħrfu l-​verità.” (1 Tim. 2:4) Il-​verità tal-​kelma t’Alla tistaʼ ġġiegħel lin-​nies jagħmlu bidliet kbar. (Lhud 4:12) Jekk napprezzaw dan il-​fatt inkunu nistgħu navviċinaw individwi b’fiduċja, anki dawk l-​uħud li fil-​passat għandhom mnejn ma ridux jisimgħu.

3 Waħda oħt kienet xi ftit imbeżżgħa minħabba x-​xeħta li kellu wieħed raġel li spiss kien imur jixtri mill-​ħanut fejn kienet taħdem. Minkejja dan, meta ġietha l-​opportunità xierqa, hi pprovat tagħtih xiehda dwar il-​Ġenna mwiegħda minn Alla. B’mod żorr hu weġibha li ma kienx jemmen fil-​ħrejjef u li hu kien hippie u kien jieħu d-​drogi. Imma hi ma qatgħetx qalbha. Darba minnhom hu staqsieha x’kienet taħseb dwar ix-​xagħar twil li kellu, u hi bit-​tattika spjegatlu dak li tgħid il-​Bibbja dwar dan. (1 Kor. 11:14) B’sorpriża kbira għaliha, l-​għada ġie bid-​daqna mqaxxra u b’xagħru maqtugħ! Hu talab studju tal-​Bibbja, u l-​oħt irranġat biex wieħed ħu jibda jistudja miegħu, u dan ir-​raġel kompla jagħmel progress u wasal għad-​dedikazzjoni u l-​magħmudija. Bħal dan ir-​raġel, ħafna li jaqdu lil Jehovah illum huma grati għall-​imparzjalità u l-​isforzi persistenti li wrew dawk l-​uħud li wasslulhom il-​messaġġ tas-​Saltna.

4 Jehovah dalwaqt se jneħħi l-​inġustizzja minn fuq wiċċ l-​art. (2 Pt. 3:​10, 13) Fiż-​żmien limitat li fadal, jalla nimitaw il-​ġustizzja taʼ Jehovah billi nagħtu opportunità lil kulħadd sabiex ikun jistaʼ jaħrab il-​qerda li ġejja fuq din id-​dinja inġusta taʼ Satana.—1 Ġw. 2:17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja