Tfakkiriet għat-Tifkira
Din is-sena l-osservanza tat-Tifkira se tinżamm nhar il-Ħamis, 24 taʼ Marzu. L-anzjani għandhom jagħtu attenzjoni għall-affarijiet li ġejjin:
◼ Meta tistabbilixxu l-ħin tal-laqgħa, kunu ċerti li l-emblemi ma jitqassmux qabel inżul ix-xemx.
◼ Kulħadd, inkluż il-kelliemi, għandu jkun jaf il-ħin u l-post eżatt fejn se ssir l-osservanza.
◼ Għandu jinkiseb u jitlesta t-tip xieraq taʼ ħobż u nbid.—Ara t-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Frar, 2003, pġi. 14-15.
◼ Platti, tazzi, kif ukoll mejda u tvalja addattati għandhom jinġiebu fis-sala u jitpoġġew f’posthom minn qabel.
◼ Is-Sala tas-Saltna jew xi post ieħor fejn se ssir il-laqgħa għandu jitnaddaf sew minn qabel.
◼ L-attendants u dawk li se jservu għandhom jintgħażlu u jingħataw istruzzjonijiet bil-quddiem rigward l-inkarigi tagħhom, il-proċedura xierqa li trid tiġi segwita, u dwar il-bżonn taʼ lbies u dehra rispettabbli.
◼ Għandhom isiru arranġamenti biex xi ħadd iservi lil dawk l-uħud mill-midlukin li jkunu ma jifilħux u ma jistgħux ikunu preżenti.
◼ Meta iktar minn kongregazzjoni waħda tkun se tuża l-istess Sala tas-Saltna, għandu jkun hemm koordinazzjoni tajba bejn il-kongregazzjonijiet sabiex jevitaw l-iffollar bla bżonn fl-intrata jew fit-taraġ, fuq il-bankini, u fil-post taʼ l-ipparkjar.