X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa 15 taʼ Mar.
“In-nies madwar id-dinja jfaħħru t-tagħlim taʼ Ġesù. [Aqra l-kwotazzjoni f’paġna 3, paragrafu 1.] Imma taħseb int li dak it-tagħlim, bħall-eżempju li jinsab f’din l-iskrittura, huwa prattiku llum il-ġurnata? [Aqra Mattew 5:21, 22a. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tikkunsidra dak li għallem Ġesù u kif aħna nistgħu nibbenefikaw minnu.”
It-Torri taʼ l-Għassa 1 t’Apr.
“Ġieli smajt min jgħid li x-xjenza u l-Bibbja jikkontradixxu lil xulxin? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista teżamina l-istorja tal-konflitti bejn ix-xjenza u r-reliġjon. Imma wkoll tippreżenta evidenza li turi li x-xjenza li hija minnha taqbel mal-Bibbja.” Uri paġni 6-7. Imbagħad aqra Koħèlet 1:7.
Stenbaħ! 8 t’April
“Kif taħseb li l-ġenituri għandhom jgħinu lil uliedhom jevitaw il-problemi matul is-snin diffiċli taʼ l-adoloxxenza? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Isaija 48:17, 18.] Din ir-rivista turi li meta jiġu applikati l-pariri tal-Bibbja, il-ġenituri jkunu jistgħu jikkomunikaw tajjeb maʼ wliedhom u jagħmlulhom limiti raġunevoli.”