X’Nistgħu Ngħidu dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa Apr.-Ġun.
“Nixtieq l-opinjoni tiegħek dwar dan il-kliem li nafuh sew. [Aqra Ġwanni 3:16.] Ġieli ħsibt dwar kif il-mewt taʼ raġel wieħed tistaʼ tirriżulta f’ħajja taʼ dejjem għal oħrajn? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tagħti spjegazzjoni ċara u sodisfaċenti rigward kif nistgħu nibbenefikaw mill-mewt taʼ Ġesù.”
Stenbaħ! Apr.-Ġun.
“Taħseb li s-superstizzjonijiet huma perikolużi jew le? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja tagħmel dan il-kumment interessanti. [Aqra Isaija 65:11.] Dan l-artiklu jiddiskuti jekk is-superstizzjoni hijiex kompatibbli mat-tagħlim tal-Bibbja.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 10.